Festa għall-familja kollha, il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2025 f’Marsalforn. Jum ta’ attivitajiet għall-familja kollha – Ħajjin – Il-Ħut u l-Baħar Ta’ Madwarna, avveniment li jiċċelebra l-ħajja marittima u s-sajd lokali.
Mill-11am ‘il quddiem wieħed ser ikun jista’ jgawdi minn ħut frisk u ikel uniku b’xejn, maħdum bi prodotti lokali u ħut mis-sajd tas-sajjieda Maltin u Għawdxin. Tul il-jum se jkun hemm esebizzjonijiet edukattivi dwar il-ħut u l-baħar ta’ madwarna, logħob interattiv għat-tfal, u attrazzjonijiet ta’ divertiment għal kulħadd. L-avveniment se jinkludi wkoll spazju għall-artisti b’mużika minn kantanti u mużiċisti lokali.
Dan l-avveniment qed jiġi organizzat mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali flimkien mal-Ministeru għall-Għawdex u l-Ippjanar.
L-avveniment ser jiġi organizzat max-xatt ta’ Marsalforn mill-11am sa 5pm.
Ħajjin! – fejn il-baħar, il-familja u l-kultura jingħaqdu f’ġurnata ta’ gost u tagħlim għal kulħadd!









