It-tim nazzjonali Malti kiseb l-ewwel rebħa tiegħu f’Grupp G tal-kwalifikazzjonijiet għat-Tazza tad-Dinja, meta barra minn daru kontra l-Fillandja rebaħ 1–0 b’goal tas-sostitut Jake Grech fit-82 minuta.
Kienet partita fejn, minkejja l-pressjoni qawwija tal-avversarji, speċjalment fl-ewwel parti tal-ewwel taqsima, Malta żammet kompatt u organizzata sal-aħħar, u ħadet tliet punti ta’ valur.
Ta’ min jinnota li din kienet l-aħħar dehra uffiċjali tal-plejer Finlandiż Teemu Pukki, hekk kif se jirtira mill-futbol internazzjonali wara din is-sensiela ta’ kwalifikazzjonijiet.








