Wasal il-Milied u hekk pajjiżna jilbes libsa mill-isbaħ kif jiġri mad-dinja kollha f’dawn iż-żminijiiet. Żgur li s-siġra tal-Milied fid-daħla tal-Kapitali Maltija Valletta, se tkun attrazzjoni speċjali u popolari mal-pubbliku.
Biss, Jason Micallef- Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta ħabbar li dan huwa biss il-bidu u baqa’ ħafna iżjed x’naraw u nieħdu gost bih.
“Dal-Milied fil-Belt Valletta se jkun speċjali ħafna.
Tal-lum għadu biss il-bidu, fadlilna ħafna ħafna aktar…”
Micallef iħeġġeġ lill-pubbliku biex nhar it-Tlieta li ġej, 25 ta’ Novembru 2025, jinġabar fil-Belt Vallettafil-17.30 u ħeġġeġ lit-tfal ukoll ikunu parteċipi għall-mixgħela tad-dawl kollu tal-Milied u l-inawgurazzjoni uffiċjali tas-Siġra tal-Milied.
Is-siġra nħadmet mill-Artist Henry Galea flimkien ma’ tim ħabriek u artistiku bi fwejjaħ speċjali minn Stephen Cordina.







