Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Dr Lydia Abela u t-tifla Giorgia Mae kellhom laqgħa speċjali mal-Papa Ljun XIV fil-Vatikan, li matulha ġiet diskussa b’mod partikolari l-ħtieġa tal-paċi fid-dinja.
Ġew imfakkra wkoll iż-żjarat ta’ tiegħu f’pajjiżna fl-imgħoddi, u esprimew ix-xewqa tagħna li jerġa’ jiġi fostna biex jiltaqa’ mal-poplu Malti u Għawdxi, din id-darba fil-kariga tiegħu bħala Papa.
Il-Papa Ljun jifforma parti mill-Ordni Agostinjana.
Malli Dr Lydia Abela tenniet li tixtieq tarah f’pajjiżna, il-Papa Ljun XIV wieġeb fil-pożittiv: “I hope so too.”








