Il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali inbidel f’ġenna natalizzja hekk kif kien armat b’mod mill-aqwa għall-Woodland Christmas Market. Atmosfera sabiħa qalb l-ambjent seren li nsibu f’dan il-park nazzjonali.
Jason Micallef, ic-Chairman tal-Park Nazzjonali xerred ritratti mill-isbaħ ta’ dak li kellhom xi jgawdu minnu, il-familji Maltin.
Attivitajiet bħal dawn huma mfittxija sew mill-pubbliku Malti u joffru mistrieħ għal kulħadd.
Jekk Alla jrid, nistennew sena oħra biex nerġgħu ngawdu dan il-ġmiel. Prosit lill-organizzaturi kollha.








