Nhar il-Ħamis li għadda, 18 ta’ Diċembru filgħaxija, mijiet ta’ familji u tfal imxew wara l-purċissjoni ta’ Ġesù Bambin madwar it-toroq tal-Belt Valletta, fejn imbagħad temmew il-mixja b’quddiesa mill-isbaħ bil-parteċipazzjoni ta’ diversi tfal fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann.
Din hija tradizzjoni sabiħa mmens li kienet inqatgħet għal xi żmien imma issa qed terġa’ ssir bis-saħħa tal-programm Christmas in the Capital tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
Inħeġġukom tkomplu tgawdu mill-bosta attivitajiet li hemm imħejjin għall-pubbliku kollha, speċjalment hekk kif għada tibda l-ġimgħa prinċipali tal-Milied.
Awguri lil kulħadd.
Ritratti: Photoscopo Photos







