Kien bħal-lum 12 ta’ Jannar tal-1949, meta beda jinstema l-ewwel arbitraġġ kontra d-Dipartiment tad-Difiża Ingliża f’Malta. Il-President tat-Tribunal kien Sir Charles Doughty.
Kien sar mill-General Workers Union f’isem il-ħaddiema tat-tarzna. L-Union kienet rappreżentata mis-Sur Leli Tabone li kien mgħejjun mis-Segretarju Ġenerali s-Sur Reggie Miller.
L-Union talbet żieda ta’ Lm1.25 u żieda proporzjonali għaż-żgħażagħ.
Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal kien ta’ 50ċ lil-Labourers, 65ċ għal dawk bis-sengħa u semi skilled u liż-żgħażagħ tahom minn 20ċ sa 40ċ skont l-età.
Mill-ktieb; Ġrajjiet Malta fl-Imgħoddi.
Ritratt: Diego Delso/ Wikimedia Commons








