Kien bħal-lum 1 ta’ Frar tas-sena 1962 meta mill-bażi tal-ajru ta’ Ħal Far, tniżżlet il-bandiera Amerikana li kienet ilha tittajjar għal 10 snin.
Din il-bażi qabel kien fiha 600 persuna militari Amerikana u 130 Malti. Kien baqa’ baħri wieħed bħala preżenza simbolika, sewwieq u żewġ trakkijiet.
Il-Bandiera tniżżlet minn M.N. Stearns, tal-United States Marines fil-preżenza ta’ Rear Admiral J.O. Miner, li kien ir-Rappreżentant Anzjan fil-Kwartier Ġenerali għall-Mediterran tan-NATO f’Malta. Kien ħa sehem il-Portsmouth Group tar-Royal Marines.
(Tagħrif mill-ktieb: Ġrajjiet Malta fl-Imgħoddi ta’ John Inguanez.)








