Bosta huma dawk li qed isellmu l-memorja tal-Kantanta Helen Micallef. Artista maħbuba Maltija li tat ħafna mumenti sbieħ lill-poplu Malti.
Hija pparteċipat f’għadd kbir ta’ festivals tal-mużika Maltija u rrappreżentat lil Malta fil-Festival Internazzjonali tal-Mużika ta’ Sopot. Intgħażlet ukoll biex tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1972 flimkien ma’ Joseph Cutajar bil-kanzunetta L-Imħabba.
Insellmu l-memorja għażiża tagħha.








