Jibda r-restawr tas-Sur ta’ San Nikola fil-Linji tal-Kottonera
Bdew xogħlijiet estensivi ta’ restawr fuq is-Sur ta’ San Nikola, magħruf ukoll bħala s-Sur ta’ Bieb il-Polverista, parti importanti mil-Linji tal-Kottonera – wieħed mill-aktar sistemi ta’ fortifikazzjonijiet storikament sinifikanti f’Malta. Il-proġett qed jitwettaq permezz ta’ fondi lokali u mistenni jitlesta matul din is-sena, b’investiment stmat ta’ madwar €700,000. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen…

