€5 Miljun f’Investiment Ġdid biex Jissaħħu l-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex

€5 miljun f’fondi addizzjonali se jkunu allokati lill-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex permezz ta’ numru ta’ skemi ġodda mnedija mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. It-tħabbira saret mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien mad-Direttur Ġenerali Emile Vassallo. Dawn il-fondi se jitqassmu fuq diversi inizjattivi li jkopru oqsma differenti fosthom il-kultura, l-infrastruttura u l-manutenzjoni. Fost l-iskemi kulturali…