INRI – Programm dwar it-tradizzjonijiet u d-devozzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira minn Andrè Muscat
Programm televiżiv ġdid se jġib lill-udjenza eqreb lejn it-tradizzjonijiet u d-devozzjonijiet marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta u Għawdex. Il-programm, li jġib l-isem “INRI”, se jkun stil dokumentarju li juri l-kult u t-tifsira spiritwali ta’ dawn it-tradizzjonijiet, filwaqt li jesplora wkoll kif dawn inbidlu u evolvew matul is-snin. Il-Ġimgħa l-Kbira hija waħda mill-aktar ġranet importanti fil-kalendarju liturġiku…


