Wirt arkitettoniku f’Birkirkara mhedded li jintilef

F’Birkirkara hemm binja li għal ħafna snin kienet parti mill-identità arkitettonika tal-lokalità, iżda llum qed tħabbat wiċċha mar-riskju li tispiċċa mitluqa u titkisser maż-żmien. Din il-proprjetà magħrufa bħala Villino Grech hija dar residenzjali li tispikka b’disinn arkitettoniku partikolari ta’ nofs is-seklu għoxrin, u li għal snin twal kienet meqjusa bħala landmark fil-lokalità. Il-binja ġiet iddisinjata…

Il-programm Life Hack estiż għal sitt skejjel medji madwar Malta u Għawdex

Il-programm Life Hack se jkun estiż għal sitt skejjel medji madwar Malta u Għawdex wara s-suċċess tal-fażi pilota tiegħu. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma, ippreżentaw iċ-ċertifikati lill-ewwel grupp ta’ żgħażagħ li temmew b’suċċess dan il-programm. Matul iċ-ċerimonja tħabbar li, bħala parti mill-miżuri tal-Budget 2026,…

“Impenjati li nkomplu nsaħħu t-turiżmu, l-infrastruttura u nħeġġu investiment ta’ kwalità” – il-Prim Ministru Robert Abela

Waqt attività li fakkret l-għoxrin anniversarju mill-ftuħ tal-lukanda Malta Marriott Resort & Spa, il-Prim Ministru Robert Abela qal li tul dawn is-snin il-lukanda saret parti importanti mis-settur turistiku Malti. Huwa sostna li investimenti kbar bħal dak li sar f’din il-lukanda huma sinjal ċar ta’ fiduċja f’pajjiżna u juru li kemm investituri lokali kif ukoll marki…

Il-President iżżur il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, għamlet żjara fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn setgħet tara mill-qrib ix-xogħol li jsir favur ir-riabilitazzjoni tal-priġunieri. Hija kienet akkumpanjata mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Christopher Siegersma, mill-Kap tal-Operat tal-Aġenzija Kurunell Etienne Scicluna, u mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Joyce Dimech. Matul iż-żjara…

Żgħażagħ ta’ 16-il sena jingħataw l-opportunità jiftħu kumpanija

Tħabbar qafas legali ġdid li se jippermetti liż-żgħażagħ minn 16-il sena ’l fuq jiftħu kumpanija tagħhom permezz ta’ sistema regolata u responsabbli. Din l-aħbar ingħatat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt attività fil-Kulleġġ Ġ. F. Abela Junior College. Din il-miżura, magħrufa bħala Intrapriża16, kienet diġà tħabbret fil-Budget ta’ din is-sena u għandha l-għan li toħloq opportunitajiet…