Meta pazjent ikollu bżonn kura ’l bogħod minn Malta, il-familja tiegħu trid ħaġa waħda biss; li tibqa’ qrib tiegħu. Għal ħafna familji Maltin li jkunu f’isptarijiet f’Londra, l-appartamenti ta’ Puttinu jagħmlu dan possibbli: post fejn jistgħu jistrieħu, jiġbru ftit saħħa u jerġgħu jkunu qrib tal-għażiż tagħhom.
Illum ħafna nies qed jagħżlu li jkunu parti minn din il-missjoni b’mod speċjali, billi jisponsorjaw waħda minn dawn il-kmamar. L-isem tagħhom jitpoġġa fuq il-bieb tal-kamra, bħala tifkira sabiħa li l-ġenerożità tagħhom għenet biex jinħoloq dar għal familji li jkollhom bżonnha.
Jekk tixtieq ukoll tkun parti minn din l-istorja, Wirt Malta tħeġġek tisponsorja kamra fil-blokk il-ġdid ta’ appartamenti ta’ Puttinu fiċ-Ċentru ta’ Londra. Il-ġenerożità tiegħek tiġi rikonoxxuta wkoll waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi fuq it-televiżjoni nhar il-Ġimgħa l-Kbira, 3 ta’ April 2026.
Għal aktar informazzjoni, ikkomunika fuq [email protected] jew żur il-paġna ta’ facebook: https://www.facebook.com/Puttinucares








