Skald qed jistiednu lill-pubbliku biex jingħaqad magħhom f’Casa Gourgion, l-Imdina, għat-tieni kunċert intimu minn sensiela ta’ tlieta għal din is-sena. F’din il-laqgħa se jdoqqu kanzunetti mill-ewwel u mit-tieni album tagħhom, filwaqt li jaqsmu wkoll ideat u abbozzi inizjali għat-tielet album, li huwa ppjanat li jitnieda sa tmiem is-sena d-dieħla. Se tkun opportunità għal dawk li jattendu biex jagħtu l-fehma tagħhom u jikkontribwixxu għat-tiswir ta’ dan il-kapitlu ġdid fil-vjaġġ artistiku tagħhom.
Il-pubbliku jista’ jieħu dawra fil-Belt Siekta u mbagħad jingħaqad ma’ Skald f’Casa Gourgion – dar storika fil-pjazza tal-Katidral tal-Imdina. Hemmhekk ikun hemm ħin biex wieħed idur id-dar, u wara jgawdi xarba u jisma’ dak li ħejjew għall-okkażjoni.
L-ewwel sessjoni tiftaħ fil-5:00pm, bil-kunċert jibda fil-5:30pm, filwaqt li t-tieni sessjoni tiftaħ fis-6:30pm u l-kunċert jibda fis-7:00pm.
Hemm biss 20 post disponibbli għal kull sessjoni. Peress li dan huwa sit storiku, it-taraġ u l-mixi huma parti mill-esperjenza. Tfal taħt is-6 snin mhumiex permessi.
Min jixtieq jattendi huwa mħeġġeġ jixtri l-biljett minn din il-ħolqa: https://casagourgion.ordin.online/menu/casa-gourgion
Dan kollu qed issir bl-appoġġ ta’ Farsons Classic Brews, Il-Kamra ta’ Fuq, New Life Bar Mqabba, Transient, Art Sweven u XIL Ltd.











