Nhar il-Ħadd 19 ta’ April 2026 se tittella’ attività kbira għall-familja kollha bit-tema ta’ “Festa Familja”, li se ssir fi Triq Misraħ Għonoq fil-Mosta (fil-parkeġġ tal-MCAST Mosta). Din l-attività qed tipprometti ġurnata mimlija divertiment, enerġija u attivitajiet għal kulħadd, filwaqt li fl-istess ħin tkun qed tgħin kawża nobbli.
Matul il-ġurnata se jkun hemm firxa wiesgħa ta’ attrazzjonijiet li jinkludu kids area b’diversi logħob u inflatables, VR station għal esperjenza moderna u interattiva, kif ukoll diversi stands u bejjiegħa. Dawk li jħobbu l-vetturi se jkunu jistgħu jgawdu car shows u motor shows, li żgur se jiġbdu l-attenzjoni ta’ bosta dilettanti.
Ma jonqosx ukoll il-programm ta’ live performances li se joffri divertiment kontinwu, flimkien ma’ food kiosks li jipprovdu għażla tajba ta’ ikel u xorb għal kull min jattendi.
Aspett importanti ta’ din l-attività hu li d-dħul kollu se jkun qed imur b’risq Puttinu Cares, organizzazzjoni li tagħti appoġġ lill-pazjenti u familji Maltin li jkollhom bżonn kura barra minn Malta.
L-avveniment qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Dreamastic Party and More, u għandu l-appoġġ ta’ diversi sponsors u entitajiet li qed jikkontribwixxu biex din il-ġurnata tkun waħda ta’ suċċess.
Din hija opportunità sabiħa biex familji u ħbieb jinġabru flimkien, igawdu ġurnata differenti u fl-istess ħin jagħtu kontribut lejn kawża tassew importanti.









