Id-Dipartiment tal-Malti sellem b’sodisfazzjon kbir il-kisba ta’ żewġ studenti tat-tielet sena, David Attard u Nathan Anthony Pace, li rnexxielhom jidħlu fil-Lista tad-Dekan.
Din ir-rikonoxxenza prestiġjuża waslet grazzi għall-prestazzjoni akkademika eċċellenti li wrew matul l-ewwel sentejn tal-kors tagħhom, fejn kisbu marki għoljin b’mod konsistenti.
Id-Dipartiment esprima l-kburija tiegħu għal dawn iż-żewġ studenti, filwaqt li faħħar id-dedikazzjoni, l-impenn u l-ħidma kontinwa tagħhom.
Prosit tassew lil David u Nathan għal din il-kisba importanti – suċċess li jagħti xhieda tal-potenzjal u l-kwalità tagħhom bħala studenti fil-qasam tal-Malti.








