Residenza ġdida ta’ Caritas fin-Naxxar biex tappoġġja l-aħħar fażi tar-riabilitazzjoni mid-droga

Qed jitkompla jissaħħaħ l-appoġġ għal persuni li jkunu temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, hekk kif il-Fondazzjoni Caritas tinsab viċin li tiftaħ residenza ġdida ta’ “after care”. Din ir-residenza, li tinsab fin-Naxxar, hija maħsuba bħala pass importanti bejn ir-riabilitazzjoni u l-ħajja indipendenti. Din il-fażi hija meqjusa fost l-aktar delikati, peress li r-riskju li persuna terġa’ taqa’…

Tibda kompetizzjoni ġdida tad-dama: “2-Move Restriction 2026”

Il-Malta Draughts Federation ħabbret il-bidu tat-tielet kompetizzjoni tagħha għas-sena 2026, bit-tnedija tal-kompetizzjoni individwali “2-Move Restriction”, li se tibda nhar it-Tlieta 21 ta’ April. Din il-kompetizzjoni qed tiġbed interess partikolari fost il-plejers tad-dama, hekk kif il-format “2-move restriction” joffri sfida differenti u aktar strateġika mill-logħob tradizzjonali, billi jimponi limitazzjonijiet fuq il-movimenti inizjali u jġiegħel lill-parteċipanti jaħsbu…

Għalqa ġdida f’Birżebbuġa biex tissaħħaħ is-sigurtà tan-nar tal-ajru fil-festa

Għalqa u struttura fi Triq il-Brolli, Birżebbuġa ġew uffiċjalment mgħoddija lis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 b’kera ta’ ħmistax-il sena. Din l-art u l-istruttura, li qabel kienu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, se jintużaw biex jissaħħu l-faċilitajiet marbuta mal-attività piroteknika fil-lokalità. Il-proġett għandu l-għan li joffri spazju aktar adegwat u sigur għall-ħruq tan-nar tal-ajru,…

“F’dinja ekonomika inċerta, irridu nkunu mħejjija” – Dr Ian Borg f’summit tal-Commonwealth

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg enfasizza kemm hu importanti li l-pajjiżi jkunu ppreparati u reżiljenti quddiem il-bidliet ekonomiċi globali, waqt li kien qed jindirizza summit dwar il-kummerċ tal-Commonwealth of Nations f’London. Huwa sostna li s-sistema kummerċjali globali diġà qed tinbidel, u li l-isfida issa hi li jinbena mudell ġdid…