Fl-okkażjoni tal-300 sena minn meta waslet fin-Naxxar l-istatwa ta’ Marija Bambina, is-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar qed torganizza wirja Marjana bl-isem “Gloriosæ Virginis Mariæ”, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju importanti għall-lokalità.
Din il-wirja se tiġbor taħt saqaf wieħed diversi statwi u opri ta’ arti sagra marbuta mal-Madonna, li ġejjin kemm minn knejjes kif ukoll minn kollezzjonijiet privati madwar il-gżejjer Maltin. Se tingħata importanza speċjali lil Marija Bambina, u l-viżitaturi se jkollhom iċ-ċans jammiraw xogħlijiet ta’ valur kemm artistiku kif ukoll devozzjonali.
Il-wirja se tinfetaħ uffiċjalment nhar il-Ħadd 26 ta’ April 2026 fis-7:00 ta’ filgħaxija, u tibqa’ miftuħa kuljum sal-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2026. Dettalji oħra dwar il-wirja jinsabu fil-poster uffiċjali.









