Qed jiżdied l-appell biex waqt il-quddies u funzjonijiet reliġjużi oħra, il-mobiles jinżammu fuq silent jew mitfija sabiex tinżamm il-ġabra u r-rispett fil-knisja.
F’avviż li tqassam f’xi knejjes u anke xxerred fuq il-midja soċjali, ġie mfakkar kif id-daqq tal-mobile waqt il-quddiesa jista’ jtellef mhux biss lil dawk li jkunu qed jitolbu, iżda wkoll lis-saċerdot u lil dawk kollha preżenti. Ġie enfasizzat li dan id-distrazzjoni tkun aktar tinħass f’mumenti sagri bħall-qari tal-Kelma t’Alla, il-Konsagrazzjoni u t-Tqarbin.
L-avviż ifakkar ukoll li din hija drawwa li trid tinbidel, speċjalment meta t-telefonati jibqgħu jinstemgħu għal ħin twil jew meta wieħed iwieġeb il-mobile waqt il-funzjoni reliġjuża. Skont l-istess messaġġ, dan jitqies bħala nuqqas ta’ rispett lejn il-post sagru u lejn il-komunità miġbura għat-talb.
Għalhekk, il-fidili qed jiġu mħeġġa biex qabel jidħlu fil-knisja jiċċekkjaw li l-mobile tagħhom ikun fuq silent jew mitfi. Fil-każ li wieħed ma jkunx jaf kif jagħmel dan, qed jiġi ssuġġerit li jitlob l-għajnuna mingħand xi persuna oħra.
Dan l-appell għandu l-għan li jkompli jrawwem aktar ġabra, rispett u serenità waqt iċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi.
M’għandniex xi ngħidu, dan jgħodd ukoll għal xi attività kulturali, kunċert jew spettaklu. Possibbli rridu niġu mfakkra kull darba??








