Il-Wirt Storiku u Reliġjuż tal-Kottonera Jissaħħaħ b’Proġetti Ġodda ta’ Restawr
Qed ikomplu x-xogħlijiet ta’ restawr fil-Kottonera sabiex jissaħħaħ u jiġi ppreservat il-wirt storiku u reliġjuż taż-żona, b’mod partikolari f’Bormla. Waqt żjara fuq diversi siti ekkleżjastiċi, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien maċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Joe Mizzi osservaw il-progress ta’ proġetti ta’ konservazzjoni li qed jitwettqu permezz ta’ investiment sostanzjali fil-patrimonju kulturali tal-lokalità. Fost…

