Wara li fl-1091 il-Konti Ruġġieru rebaħ lil Malta u għaqqadha mal-ħakma Normanna ta’ Sqallija, il-flotta tiegħu telqet lura mgħobbija bil-ġid li nħataf u bil-priġunieri Nsara li ġew meħlusa mill-ħabsijiet tal-Imdina. Imma waqt il-vjaġġ lura, Ruġġieru lemaħ gżira fil-qrib – Għawdex, li Goffredo Malaterra jsejħilha “Golsa” – u ddeċieda li ma jitlifx l-opportunità li jdaħħalha wkoll taħt il-kontroll tiegħu.








