Ir-rummien għandu post speċjali fil-kultura u l-folklor Malti, fejn jgħaqqad flimkien in-nutriment, it-tradizzjoni u l-identità tagħna. Imkabbar f’Malta sa minn żmien il-Puniċi, dan il-frott ma kienx jitqies biss bħala ikel, iżda wkoll bħala simbolu ta’ fertilità, protezzjoni u tiġdid.
Skont twemmin popolari, is-sajjetti kienu jgħinu lir-rummien jikber u jimmatura, filwaqt li kien jitqies bħala frott b’saħħtu b’mod partikolari fil-festa ta’ San Mikiel, meta ħafna kienu jiekluh bħala att ta’ devozzjoni, speċjalment f’Għawdex. ⚡
ℹ️ Tista’ tiskopri aktar dwar dawn it-tradizzjonijiet fil-wirja “In-Natura fil-Folklor Malti”, li qed tittella’ fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina sa Ġunju li ġej.
🎟️ Aktar informazzjoni u biljetti minn Heritage Malta.
Ritratt: Augustus Binu








