Qabel ma kompla bl-iffilmjar tal-produzzjoni internazzjonali “Jason Statham Stole My Bike”, li fl-aħħar jiem kienet qed tinġibed f’diversi postijiet f’Malta, fosthom fl-Isla, l-attur ta’ fama internazzjonali Jason Statham sab il-ħin biex iżur il-każin tar-Regatta tal-Isla u jiltaqa’ ma’ qaddiefa, membri tal-kumitat u supporters Sengleani.
L-Isla hija sinonima mar-Regatta f’Malta, b’storja twila ta’ suċċessi fit-tiġrijiet tradizzjonali tal-31 ta’ Marzu u tat-8 ta’ Settembru, il-jum tal-Vitorja u l-festa ta’ Marija Bambina. Din is-sena, il-klabb kompla jsaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu billi rebaħ l-unuri fiż-żewġ regatti ewlenin.
Matul iż-żjara tiegħu, Statham ħa ritratti ta’ tifkira mal-qaddiefa u l-partitarji, filwaqt li kellu mument jippoża mal-isfidi (shields) mirbuħa mill-klabb, li bħalissa qed jiddomina x-xena tar-Regatta Maltija.
Din is-sorpriża setgħet issir grazzi għall-inizjattiva ta’ Ryan Paul Mercieca, li ħaseb biex jorganizza din il-laqgħa memorabbli bejn l-attur u l-familja tar-Regatta tal-Isla.








