Jibda proġett ta’ restawr ta’ €3 miljun fil-Ġonna ta’ San Anton
Il-Ġonna ta’ San Anton bdew jgħaddu minn proġett estensiv ta’ konservazzjoni, manutenzjoni u restawr b’investiment ta’ aktar minn €3 miljun, bil-għan li jitħares wieħed mill-aktar ġonna storiċi u prestiġjużi f’Malta. Waqt żjara fuq il-post flimkien ma’ rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard u uffiċjali ta’ Project Green, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli spjegat li dan il-proġett juri…

