Pjazza Tommaso Dingli tinbidel f’qalba ġdida għall-komunità ta’ Ħ’Attard
Ħ’Attard għandu spazju pubbliku ġdid għall-familji u r-residenti, hekk kif ġiet inawgurata l-Pjazza Tommaso Dingli wara proġett estensiv li biddel żona li qabel kienet iddominata mill-vetturi f’pjazza moderna, ħadra u miftuħa għal kulħadd. Il-proġett, li twettaq minn Infrastructure Malta bħala parti mill-inizjattiva Vjal Kulħadd, għandu l-għan li jagħti aktar spazju lin-nies permezz tal-ħolqien ta’ żoni…
