Chris ‘Ċappin’ iħalli warajh wirt ta’ għerf, devozzjoni u mħabba lejn il-patrimonju tagħna

Il-komunità Maltija tilfet persuna oħra li ħalliet marka qawwija fil-qasam tal-patrimonju reliġjuż u kulturali. Christopher Magro, magħruf ma’ ħafna bħala Chris Ċappin, ħalliena, u warajh iħalli vojt li se jinħass minn dawk kollha li kellhom ix-xorti jafuħ jew jaqsmu miegħu l-imħabba lejn il-knejjes, il-festi u l-istorja ta’ pajjiżna. Chris ma kienx sempliċement dilettant tal-istorja. Kien…