Il-Malta International Food Festival jirritorna fuq il-Fosos għall-10 edizzjoni tiegħu

Il-Malta International Food Festival reġa’ lura fuq il-Fosos tal-Furjana, fejn bejn il-5 u d-9 ta’ Awwissu qed jiċċelebra l-10 edizzjoni tiegħu bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel. Din is-sena l-festival qed joffri esperjenza akbar, b’aktar minn 1,000 platt minn 42 kċina internazzjonali differenti, filwaqt li jagħti wkoll importanza speċjali lill-kċina Maltija u lill-prodotti lokali.…