Pedestall vojt għal nazzjon li għadu jfittex lil min għandu jqiegħed fuqu

Il-monumenti li nagħżlu li nagħmlu jgħidu ħafna dwar kif inħarsu lejn pajjiżna, lejn l-istorja tagħna u, fuq kollox, lejn il-kuxjenza nazzjonali tagħna. F’riflessjoni li tqajjem diversi mistoqsijiet, l-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo jagħmel referenza għall-monument li fit-18 ta’ Lulju ġie żvelat f’Raħal Ġdid lill-Granmastru Antoine de Paule, li mexxa l-Ordni bejn l-1623 u l-1636.…