Ġieli Smajt Bil-Partit Ħaddiema Indipendenti?
Bejn l-aħħar snin tal-1920s u l-bidu tal-1930s, il-knisja u l-Partit Kostituzzjonali għaddew minn ġlieda politico-reliġjuża. Is-sitwazzjoni ma kienetx waħda faċli, tant li wara bosta battibekki, l-isqof Gonzi u l-Arċisqof Caruana ħargu ittra pastorali li kienet tgħid li kull min b’xi mod jiffavorixxi jew jagħti l-fiduċja tiegħu lill-partit kostituzzjonali fl-elezzjoni li jmiss ikun qiegħed jikkommetti dnub…