Iż-Żgħażagħ Ġawhrin Ta’ San Pawl Il-Baħar Jiċċelebraw 15-Il Sena Mit-Twaqqif Anke Waqt Covid-19

Din is-sena żgur li d-dilettanti tal-festi se jħossuhom xi ftit jew wisq strambi; Bla festi minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Imma jidher li l-għaqdiet diversi fil-lokalitajiet, sew jekk tal-baned, armar u oħrajn b’relazzjoni mal-festi tradizzjonali tagħna, qed jagħmlu ħilithom biex iżommu ruħhom attivi kif ukoll il-moral għoli ta’ bosta żgħażagħ li minn sena għall-oħra jistennew dan iż-żmien…

Isimgħu Liż-Żabbari Fredu Abela ‘Il-Bamboċċu’

Fredu Abela mlaqqam ‘il-Bamboċċu‘ kien wieħed mill-ftit għannejja Maltin li ħallew impatt fuq l-iżvilupp tal-għana Maltija. Twieled f’Ħaż-Żabbar fid-19 ta’ April tal-1944 u ħalla din id-dinja fid-9 ta’ Novembru 2003. Għall-bidu kien jaħdem bħala kunduttur fuq il-karozzi tal-linja u minħabba l-figura tiegħu, tlaqqam il-bamboċċu. Malli għalaq il-15- il sena beda jkanta ma’ zijuh: Salvu Darmanin…

Julianne Marie Brincat B’Idea Kreattiva Għall-Maskla Waqt Covid-19

Ilkoll irridu nilbsu l-maskli. Protezzjoni u attenzjoni. Għalina wara kollox. Imma issa Julianne Marie Brincat minn Kreattiva Designs ħasbet fina wkoll; speċjalment jekk tħobbu tkunu ftit bi stil Malti mwaħħad magħkom. Maskla ħelwa b’karatteristiċi Maltin li tinħasel wara li tużaħha. Maskla li sservik għal ħafna żmien u anke tista’ tkun parti mil-istorja ta’ ħajtek għax…

Marija Vella Turi L-Kapaċità Tagħha F’Mużika Barokka Waqt Covid-19

Talent impekkabbli!   Marija Vella tellgħet filmat tagħha ddoq il-pjanu, mużika l-ġmiel tagħha u li lilna naturalment li jiġbidlna l-attenzjoni ħabba n-natura tas-sit tagħna. Fil-filmat, din it-tfajla qed iddoqq Bourrée Nr 2 mill-‘English suite number 1′ ta’ Bach.  Kif tispjega tajjeb Marija, ‘suite’ hija kollezzjoni ta’ siltiet mużikali qosra li kienu jkunu forom ta’ żfin…

Il-Ġimgħa L-Kbira Għaddiet Iżda L-Arti Marbuta Magħha Tibqa’ S-Sena Kollha

Għaliex ktibna titlu hekk?   Għaliex propju juri li bħal ma hemm nies li jistennew il-Milied sena sħiħa, jew il-festa tar-raħal, hemm ukoll dawn li jistennew il-Ġimgħa Mqaddsa b’ħerqa kbira. Żmien il-Ġimgħa Mqaddsa jġib miegħu ħafna entużjażmu; mhux biss reliġjuż minħabba t-tifkira tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu imma wkoll entużjażmu kulturali, speċjalment f’dawk li għandhom…

Clayton Saliba Joħroġ B’Idea Ta’ Monument Virtwali Waqt Covid-19

Inti tista’ tieħu sehem! Il-fundatur tal-paġna popolari Isma’ Ftit Clayton Saliba ħareġ b’idea sabiħa għal waqt il-pandemija tal-Covid-19. Opportunità biex inti tikteb fi spazju maħluq apposta billi tidħol fis-sit www.ismaftit.com u tmur fis-sezzjoni ‘Ħolqa ta’ Tama’ fejn hemmhekk issib spjegat x’għandek tagħmel. F’ din is-sezzjoni, inti mħeġġeġ tikteb il-ħsibijiet, l-emozzjonijiet, messaġġi ta’ kuraġġ u tama f’dan…

L-Artist Kevin Sciberras – Il-Pajsaġġ Urban U L-Ispazji Madwar Pajjiżna Jiddefenixxuh

Pjattaforma wkoll għall-artisti lokali   Dan is-sit jaħseb ukoll fl-artist Malti u qed joffri dan l-ispazju bħala pjattaforma għalihom; għaliex huma l-artisti li jfakkru f’wirt Malta permezz tal-kitba, pittura, skultura, mużika u kull mod ieħor li jibqa’ hemm, jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien. Forsi ġieli nnutajtu l-arti meraviljuża ta’ Kevin Sciberras fuq facebook. Kevin Sciberras twieled…

L-Artista Maltija F’Londra Li Toħloq Meravilji Fl-Injam

Bonnymia hija artista Maltija li tgħix f’Londra. Iżda lil pajjiżha ma tinsieh qatt. Mhux talli tinsieh, talli toħloq ġmiel ta’ għodod għall-kċina fl-injam, li bihom tfakkar lil Malta. Daqqa madum Malti, daqqa xeni bħal dik tal-Belt Valletta u tant u tant ideat sbieħ oħra… Iva kollox fl-injam. Dawn huma ideali kemm bħala tifkira u anke…