Għada l-ħruġ min-Niċċa tal-Bambina fin-Naxxar – Programm speċjali li jfakkar it-300 sena tal-vara titulari

Fl-okkażjoni tat-300 anniversarju tal-wasla fost in-Naxxarin tal-istatwa titulari ta’ Marija Bambina, il-Kolleġġjata tan-Naxxar se tkun qed torganizza programm speċjali fil-pjazza, li fih se jieħdu sehem ukoll iż-żewġ baned tal-lokal, il-Banda Peace u l-Banda Vittorja. L-Arċipriet, il-Kanonku Dun David Gauci, ħabbar il-programm li se jibda fis-6:30 ta’ filgħaxija b’quddiesa kantata u bl-omelija. Fis-7:00 p.m. jibda marċ…

Rockestra 2026 se tfakkar lill-Maestro Aurelio Belli bit-tema ‘What a Wonderful World’

L-edizzjoni ta’ Rockestra ta’ din is-sena, li se ssir nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru b’risq il-Malta Community Chest Fund, se tkun iddedikata lill-memorja tal-Maestro Aurelio Belli, li għal snin twal kien wieħed mill-muturi ewlenin wara dan l-ispettaklu. It-tema magħżula għal din l-edizzjoni hija ‘What a Wonderful World’, li kienet ukoll il-kanzunetta favorita tal-Maestro Belli. Il-familja…

Fadal l-aħħar jiem biex tibgħat in-nomina tiegħek għall-Premju għall-Arti 2026

In-nomini għall-premjijiet annwali tal-Kunsill Malti għall-Arti jagħlqu fl-1 ta’ Settembru f’nofsinhar Fadal biss ftit jiem biex jitressqu n-nomini għall-Premju għall-Arti 2026, bil-perjodu tan-nomini jagħlaq fl-1 ta’ Settembru f’nofsinhar. Il-Premju għall-Arti, organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti, huwa ċelebrazzjoni annwali tal-eċċellenza, l-innovazzjoni u s-suċċessi fis-setturi kulturali u kreattivi. Din hija l-aħħar opportunità għall-artisti, il-prattikanti kreattivi, l-organizzazzjonijiet, il-produtturi, l-entitajiet…

Il-Karnival tas-Sajf 2026 jirritorna f’Buġibba u Wied il-Għajn bi 15-il karru

Il-Karnival tas-Sajf se jerġa’ jġib il-kulur, iż-żfin, il-mużika u l-atmosfera unika tal-Karnival Malti f’Buġibba u Wied il-Għajn bejn il-21 u t-23 ta’ Awwissu, għal tliet serati ta’ divertiment għall-familja kollha. L-edizzjoni ta’ din is-sena, organizzata minn Festivals Malta b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u Marsaskala, se tinkludi 15-il karru tal-Karnival, flimkien ma’ diversi…

Il-Lejla ta’ Santa Marija

Illum, 14 ta’ Awwissu, hija l-lejla ta’ Santa Marija; lejlet waħda mill-aktar festi għeżież għall-Maltin u l-Għawdxin, festa li kull sena timla l-irħula tagħna b’atmosfera unika ta’ tradizzjoni, devozzjoni u ferħ. Santa Marija mhijiex biss festa reliġjuża. Għal ħafna minna hija parti mill-memorja u l-identità tagħna. Hija l-festa tal-familja, tal-laqgħat mal-ħbieb, tal-baned, tal-marċi, tal-logħob tan-nar…

The Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina fl-20 ta’ Settembru

Fl-20 ta’ Settembru se ssir attività ġdida ddedikata għall-motorsport u għall-familja, meta fil-Ħal Far Motor Way se jittella’ The Malta Motorsport Federation Festival Għall-Istrina, inizjattiva tal-Malta Motorsport Federation li l-qligħ tagħha se jmur kollu għall-Malta Community Chest Fund (MCCF). Il-festival, organizzat mill-Malta Motorsport Federation flimkien mal-MCCF, se jlaqqa’ flimkien mijiet ta’ vetturi lussużi, sportivi u…

Tkompli l-ħidma artistika tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija bil-preżentazzjoni tal-Allegorija tas-Soċjetà

Ilbieraħ fil-Mosta kompliet tiġi żviluppata tradizzjoni ta’ ħidma artistika u kreattiva mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija, hekk kif ġie ppreżentat proġett li jkompli fuq inizjattiva li bdiet sentejn ilu. Il-qofol tal-proġett huwa statwa maħduma mill-artist Shawn Saliba, li tirrappreżenta lis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija bħala s-‘Soċjetà tal-Protagonisti’. Ix-xogħol artistiku jagħti forma konkreta lill-identità u lill-ispirtu tas-Soċjetà, filwaqt…

Il-Malta International Food Festival jirritorna fuq il-Fosos għall-10 edizzjoni tiegħu

Il-Malta International Food Festival reġa’ lura fuq il-Fosos tal-Furjana, fejn bejn il-5 u d-9 ta’ Awwissu qed jiċċelebra l-10 edizzjoni tiegħu bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel. Din is-sena l-festival qed joffri esperjenza akbar, b’aktar minn 1,000 platt minn 42 kċina internazzjonali differenti, filwaqt li jagħti wkoll importanza speċjali lill-kċina Maltija u lill-prodotti lokali.…

Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-MCAST jingħaqdu biex joffru aktar opportunitajiet lill-istudenti tal-arti

Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST iffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni li għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ ir-rabta bejn l-edukazzjoni artistika u s-settur kreattiv f’Malta. Dan il-ftehim huwa allinjat mal-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti u joħloq qafas aktar b’saħħtu ta’ ħidma bejn iż-żewġ entitajiet. L-għan tiegħu huwa li jkompli jħeġġeġ il-parteċipazzjoni fil-kultura, isaħħaħ il-professjonalizzazzjoni…

Il-Kalkara tħejji għall-ħames edizzjoni ta’ Lejla Rnella

Il-Bajja tar-Rnella fil-Kalkara se terġa’ tkun il-qalba tad-divertiment hekk kif nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2026 se tittella’ l-ħames edizzjoni ta’ Lejla Rnella. L-attività qed tittella’ bl-appoġġ tal-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u permezz ta’ fondi amministrati mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, li jkomplu jgħinu lill-kunsilli lokali jorganizzaw attivitajiet kulturali u komunitarji ta’ kwalità.…