Iż-Żgħażagħ Ġawhrin Ta’ San Pawl Il-Baħar Jiċċelebraw 15-Il Sena Mit-Twaqqif Anke Waqt Covid-19

Din is-sena żgur li d-dilettanti tal-festi se jħossuhom xi ftit jew wisq strambi; Bla festi minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Imma jidher li l-għaqdiet diversi fil-lokalitajiet, sew jekk tal-baned, armar u oħrajn b’relazzjoni mal-festi tradizzjonali tagħna, qed jagħmlu ħilithom biex iżommu ruħhom attivi kif ukoll il-moral għoli ta’ bosta żgħażagħ li minn sena għall-oħra jistennew dan iż-żmien…

Bil-Filmat: Din Is-Sena Mhux Se Naraw Il-Ġirja Bl-Irxoxt

Għada L-Irxoxt!   Hekk inħobbu ngħidu aħna l-Maltin flok nużaw il-kliem: L-Għid il-Kbir. U ma hemm xejn ħażin għaliex wara kolox din il-kelma hija sinonima mal-kelma irxoxta; kif għamel Ġesù Kristu. Min jaf kemm bħal għada jkunu ħafna dawk li joħorġu bi ħġarhom fil-parroċċi fejn hemm statwa ta’ Kristu Rxoxt biex jiċċelebraw dan il-jum tant…

Fejn Saru L-ewwel Purċissjonijiet Tal-Ġimgħa L-Kbira f’Pajjiżna?!

Għeruq sew fl-istorja tagħna!   Forsi naraw il-vari tal-Ġimgħa Mqaddsa u nistaqsu: Imma kif bdiet din it-tradizzjoni u meta? L-ewwel purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta bdew fis-seklu 17. Kienu bdew fiż-żewġ knejjes tal-Franġiskani Minuri tar-Rabat u tal-Belt Valletta. Wara, bdew isiru fil-Kottonera. L-aktar purċissjoni antika f’Għawdex hija dik tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li bdiet fil-bidu…

Bħalissa Kieku Malta Maħnuqa Bil-Poplu Jdur il-Knejjes

Mhux l-ewwel darba… Ġrat fil-passat   L-22.30 ta’ Ħamis ix-Xirka 2020. Sikta. Ħemda. Kieku bħalissa il-poplu bi ħġaru jdur minn knisja għall-oħra; minn wirja għall-oħra, minn raħal għall-ieħor… Kien hemm min bħal-lum iżur is-salib tal-għolja fis-Siġġiewi, isib xi kappella ċkejkna mhix daqshekk storbjuża bl-attività tal-poplu jew inkella jmur il-mixja popolari ta’ Puttinu. Il-Monument ta’ Kristu…

Bil-Filmat: Illum Xerred Dan Il-Filmat Ta’ Tama U Kuraġġ!

Żmien iebes imma kuraġġ!   Ħamis ix-Xirka b’differenza u forsi xi ftit xokkanti hekk kif mill-bieraħ għal-lum, telgħu għal 2 il-persuni li tilfu ħajjithom minħabba l-virus qerried tal-COVID-19. Is-soltu bħal-lum, induru l-knejjes u nagħmlu l-vizti, nitolbu u niftakru fil-passjoni ta’ Ġesù Kristu. Iżda din is-sena ninsabu f’darna. Hemm min qed iqisha passjoni u ma tlum…

Bil-Filmat: Ħa Nisimgħuha Din Nhar Il-Ħamis Li Ġej?

Jgħidulha ċ-Ċuqlajta   Storbjuża mhux ħażin. Xogħlha huwa kontra dak tal-qniepen; ifakkru n-niket li għadda minnu Ġesù kontra tal-ferħ tad-daqq ħelu tal-qniepen. Kien propju waqt it-talb tiegħu fil-Ġnien tal-Ġetsemani, li talab lil Alla biex ibiegħed minnu l-kalċi tal-imrar. Illum il-ġurnata, eżatt waqt iċ-ċerimonja simbolika tal-ħasil tas-saqajn, propju waqt is-Santu tindaqq l-ewwel darba ċ-ċuqlajta li tibqa’…

“Mhux Possibbli Li L-Karrijiet Ikunu Lesti Għall-Karnival Tas-Sajf” – Annabelle Stivala

Żgur li mhux se jlaħħqu sas-sajf! Fuq il-paġna ta’ Festivals Malta għadu kif tħabbar li l-karnival tas-sajf 2020 ġie mħassar minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19. Din hija l-aħħar attività pubblika li għadna kif smajna li ġiet imħassra. “Nittamaw li s-sitwazzjoni titjieb b’mod sinifikanti sa Awwissu. Iżda anke jekk jiġri hekk, ma nistgħux nirriskjaw il-benesseri tal-parteċipanti matul ix-xhur…

Kif Bdiet Il-Figolla? Tiegħek Għamiltha?

Tradizzjoni li ma kinitx tal-Kattoliċi! Il-figolla hija l-aktar niċċa ħelu mfittxija f’dan iż-żmien tal-Għid. Din is-sena, għandna ċans iżjed minn qabel li nagħmluha għaliex għandna ħin fuq idna kemm irridu hekk kif ilkoll ninsabu fi djarna minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19. Iżda interessanti l-fatt li l-figolla propjament kienet tradizzjoni pagana. Din l-idea tmur lura għal eluf ta’…

Tinkiteb parti gdida fl-istorja ta Malta fl-2020

Il-coronvirus…irnexxielu jwaqqaf id-dinja. Miegħu waqqaf ukoll bosta avvenimenti kulturali u soċjali li n-nies jistennew minn żmien għall-ieħor. Intant tħabbar permezz ta’ digriet tal-Knisja Kattolika maħruġ mill-Vatikan, li kull manifestazzjoni pubblika; kemm għad-Duluri u anke għall-Ġimgħa l-Kbira inkluż dik ta’ Kristu Rrxoxt qed jiġu mħassra. L-istess digriet jissuġerixxi li l-purċissjonijiet jistgħu jsiru fit-tieni nofs ta’ Settembru…