Għada l-ħruġ min-Niċċa tal-Bambina fin-Naxxar – Programm speċjali li jfakkar it-300 sena tal-vara titulari
Fl-okkażjoni tat-300 anniversarju tal-wasla fost in-Naxxarin tal-istatwa titulari ta’ Marija Bambina, il-Kolleġġjata tan-Naxxar se tkun qed torganizza programm speċjali fil-pjazza, li fih se jieħdu sehem ukoll iż-żewġ baned tal-lokal, il-Banda Peace u l-Banda Vittorja. L-Arċipriet, il-Kanonku Dun David Gauci, ħabbar il-programm li se jibda fis-6:30 ta’ filgħaxija b’quddiesa kantata u bl-omelija. Fis-7:00 p.m. jibda marċ…









