Featured posts

Inawgurata Pittura Fil-Koppla Tal-Knisja Kolleġġjata Ta’ San Lawrenz Fil-Birgu

Ilbieraħ l-1 ta’Awwissu 2021 ġie nawgurat il-proġett tad-dekorazzjoni tal-koppla tal-Knisja Kolleggjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu. Il-pittura hija maqsuma f’żewġ partijiet prinċipali fejn għandek il-parti sagra li fiha naraw il-Madonna mal-qaddisin fil-glorja u l-parti profana li tirrappreżenta r-rebħa tal-assedju. Iċ-ċentru tal-pittura hija l-Madonna imlibbsa bil-mant aħmar u l-libsa blu biex tkun bħal dik tal-Ikona tal-Madonna tad-Damaxxena…

Il-Ħaddieda Qed Jispiċċaw? Qatt Smajtu Bl-Ispanjuletti?

In-Naxxar huwa magħruf bħala r-raħal tal-ħaddieda. Dari kien hemm bosta minnhom u waqt li tterraq fit-toroq Naxxarin, kont spiss tisma’ d-daqqa fuq l-inkwina waqt li l-ħaddied jgħawweġ u jifforma f’disinni, l-ħadid. Fi Triq Żenqa, sal-lum għadek issib lil Ninu Galea magħruf bħala tad-Dexxin li għadu jaħdem bil-mod tradizzjonali fil-forġa tiegħu. Huwa tgħallem din is-sengħa minn…

Pittura Mill-Artist George James Cutajar Zahra Fi Knisja Fl-Italja

Pittura ġdida xogħol l-artist George James Cutajar Zahra, issa qed titgawda fi knisja fl-Italja. Din il-pittura tinsab fis-Santwarju ta’ Dipodi f’ Kalabrija. Il-pittura giet ikkumissjonata b’ tifkira tad-dedika ta’ din is-sena lil San Ġużepp mill-Papa Frangisku. Il-pittura hija kompożizzjoni oriġinali u mpittra biż-żebgħa taż-żejt fuq it-tila. iL-kompozizijoni hija iddominata mill-figura sħiħa, wieqfa u ċentrali ta’…

Inawgurat Ir-Restawr Tal-Koppla Tal-Bażilika Ta’ Sant’Elena

Tlesta l-proġett ta’ konservazzjoni u restawr tat-tmien pitturi fuq il-ġebla tal-koppla tal-Bażilika Minuri ta’ Sant’Elena f’Birkirkara. Dan il-proġett sar b’investiment ta’ €162,000, li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett ġie inawgurat ilbieraħ mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael…

Il-Maltin Iżommu Mal-Ingliżi u T-Taljani Fil-Futbol Mhux Għax Lagħqin Iżda…

Illejla logħba importanti għal-futbol internazzjonali tista’ tgħid, għaliex għalkemm din hija l-Euro Cup, meta jialgħbu l-Ingliżi u t-Taljani tinħoloq stennija kbira, mhux inqas f’Malta. Spiss nisimgħu kummenti li ‘aħna lagħqin tal-barranin’ mentri mhux il-fatt. Huwa veru li spiss infaħħru l-barranin, sew jekk ħaġa jew oħra, imma dan mhux b’disprezz lejn dak li hu Malti. Hemm…

Bħal-Lum Ir-Russja Kienet Ingħatat Sehem Fit-Tmexxija Ta’ Malta. Kif?

Kien propju bħal-lum 7 ta’ Lulju tal-1797, meta l-Imperatur Pawlu L-Ewwel tar-Russja, inħatar bħala protettur tal-Ordni ta’ San Ġwann u għalhekk, kien fit-tmun ta’ pajjiżna. L-Imperatur kien inħatar ukoll bħala l-Gran Mastru fis-27 ta’ Ottubru tal-1798, wara li l-ordni kienet telqet minn Malta minħabba li pajjiżna, għadda taħt it-tmexxija Franċiża. Pawlu L-Ewwel kien safa maqtul…

Araw X’Nostalġija Qanqlet Maria Abela Grech

“Niftakar żmien meta l-ħajja kienet ħafna inqas mgħaġġla, meta s-sjuf kienu isbaħ, meta mal-5:30pm it-tfal kollha joħorġu jilagħbu barra fit-triq u qabel l-10pm ħadd ma jidħol lura ħlief biex nieklu malajr fit-8pm. Żmien meta nirkbu kollha ġo kaxxa ta’ vann u mmorru nofs ta’ nhar baħar bil-ftajjar imdellkin u r-ruġġata ffriżata. Żmien meta ma naħsbuhiex…

Qed Ikun Irrestawrat Il-Monument Tal-Ġimgħa Mqaddsa Tax-Xagħra F’Għawdex

Innutajna ‘post’ fuq facebook minn Alan Cini li huwa restawratur fejn spjega li qed inaddaf u jirrestawra dak li nsejħulu ‘Il-Monument’ fil-purċissjoni tal-Ġimgħa L-Kbira. Din il-biċċa artistrija hija tal-injam u saret minn Vincenzo Cardona u ndurata bid-deheb minn Salvo Brincat fl-1915. Prosit Alan u l-Arċipriet Fr Carmelo Refalo flimkien mal-Kapitlu, li jemmnu li dan ix-xogħol…

L-Artist Renzo Gauci Jingħata Ġieħ Ħal Tarxien

L-artist ċelebri tarxiniż renzo Gauci, ingħata Ġieħ Ħal Tarxien ilbieraħ 27 ta’ Ġunju 2021 mill-Kunsill Lokali Ħal Tarxien. Dan hekk kif ilbieraħ ġie mfakkar Jum Ħal Tarxien li din is-sena kien iddedikat lill-Għaqdiet tar-raħal. Renzo Gauci kien artist kapaċi u magħruf għall-ħiliet kbar li kellu f’idejh. Ix-xogħlijiet tiegħu jvarjaw minn disinni, skultura fl-injam, restawr u…