Featured posts

The Archbishop’s Curia Facade Awarded For Its Restoration… A total Splendour!

The recently restored façade of the Archbishop’s Curia in Floriana has been awarded a Din l-Art Ħelwa award for Architectural Heritage. Following the restoration and conservation of the façade of Casa Manresa, the project earned the prestigious Prix d’Honneur in its category. Michael Pace Ross, Administrative Secretary, Roberto Buontempo, Head of Property, and Perit Daphne…

Din Hija T-Tielet Mewġa? Mistennija Madwar 300 Każ Illum!

Sorsi nfurmati li spiss itellgħu fuq il-midja soċjali u li ilhom iżommu l-appuntament tagħhom ta’ kuljum, sa mill-bidu tal-pandemija mal-pubbliku, qed isostnu li llum hemm madwar 300 każ ġdid ta’ persuni bil-Covid-19. Jekk dan hu minnu, dan se jitqies bħala l-mument tat-tielet mewġa? In-numri f’dawn l-aħħar ġimgħat baqgħu għoljin sew. Ħudu ġsieb xulxin. Dan niktbuh…

Malta Kellha Tibni 8 Vapuri Għall-Unjoni Sovjetika…

Fl-1982, f’Moska fl-Unjoni Sovjetika, kien ġie ffirmat ftehim għall-espansjoni tal-koperazzjoni ekonomika u teknika kif ukoll kuntratt ta’ 3 snin għall-counter trade. Il-Kuntratt kien jiswa 265 miljun Dollaru Amerikan. Malta kellha tibni 8 vapuri tal-merkanzija għall-Unjoni Sovjetika. Meta taħseb ftit, ara minn dan il-pajjiż żgħir, kemm sar kuntatt ma’ pajjiżi ferm akbar tant li anke pprovdejna…

Min-Naxxar – Ritratt Li Juri Kif L-Irħula Jinbidlu Kontinwament

Ritratt li ttella’ fuq is-sit tas-Soċjetà Mużikal Peace tan-Naxxar juri karru tal-karnival li jmur lura fis-snin. Iżjed milli l-karru nnifsu, interessana ħafna kif inbidlet il-pjazza tan-Naxxar. Propju fir-ritratt jidher ġenb mill-każin li għadu hemm sal-lum għalkemm ġie ttrasformat f’binja aktar mirquma u li tadatta wkoll għaż-żmien tal-lum. Iżda, eżatt tmiss miegħu, tidher parti minn kappella…

Meta Qamet Tilwima Bejn Il-Gvern U L-Knisja Dwar Il-Kwadri Ta’ Caravaggio

Bħal-lum 25 ta’ Frar tal-1957 waslu minn Ruma, iż-żewġ kwadri tal-Caravaggio li kienu fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Dawn ġew lura mir-restawr. Mit-Tarzna, fejn waslu fuq bastiment tar-Royal Navy, ittieħdu fil-Mużew Nazzjonali; punt li qajjem tilwima bejn il-Knisja u l-Gvern. Wara, tpoġġew f’posthom fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.   Ritratt: Malta Info Guide

Wasal Żmien Li Jkollna Trasport Alternattiv F’Pajjiżna?

Bħal-lum fl-1905, beda s-servizz tat-tramm f’Malta mill-kumpanija Mc Cartney, Mc Elroy and Col. Ltd. Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni saret ħdejn il-power station tal-Marsa. Fuq l-ewwel vjaġġ lejn il-Belt Valletta kien hemm il-Gvernatur; il-Ġeneral Sir Mansfield Clark. Il-kuntratt kien għal 90 sena u l-kumpanija kellha tagħmel 10 mili ta’ linji. Ovvjament mas-snin dan il-pjan inbidel kompletament iżda qed…

Tafu Għaliex Hemm Gallarija Mal-Faċċata Tal-Kon-Katidral Ta’ San Ġwann?

Bħal-lum 20 ta’ Frar tal-1578, kien sar it-tberik tal-knisja ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta li kienet il-Knisja Konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann. Il-Knisja kienet inbniet minn flus il-Gran Mastru Fra Jean Levesuqe de la Cassiere. Il-pedamenti bdew fl-1573 taħt id-direzzjoni tal-arkiettt bravu Malti Ġilormu Cassar. Tbierket mill-Arċisqof ta’ Monreale; Monsinjur Ludovico de Torres. Il-Gallarija li…

Imut Mons. Dun Ġwann Azzopardi – Kuratur Tal-Mużew Tal-Katidral Tal-Imdina

Monsinjur Dun Ġwann Azzopardi; kuratur tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina, tal-Arkivji kif ukoll kuratur tal-Mużew Wignacourt fir-Rabat ħalla din id-dinja llum. Il-mewt tiegħu tħabbret fuq il-midja soċjali fejn anke l-artist ċelebri Chris Ebejer sellem il-memorja tiegħu permezz ta’ bust kontemporanju li ħadem hu stess ‘dal vivo’ u li issa ser jitpoġġa fil-Mużew Wignacourt li waqqaf hu stess…

Qatt Rajtuh Dan L-Għar Moħbi? Enormi…

Ġmiel ta’ għar fil-limiti tal-Mellieħa… Jidher kbir fid-daqs mhux ħażin tant li hemm nies jikkampjaw fih. Araw il-filmat li ttella’ fuq tiktok. Verament eżempju, ta’ kemm il-pajsaġġ Malti jkompli jissorprendina. Ejjew nieħdu ħsiebu.   @k_parisThis spot is something else 😲 ##cave ##travel ##tiktok ##fy ##malta♬ original sound – creepy slowed audios