Bħal-Lum Il-Gvern Malti Pprotesta Mal-Ingliżi Ħabba Li Ajruplan Kważi Mess Ma’ Bejt Ta’ Dar
Kien propju bħal-lum tal-1977, meta l-Gvern Malti kien ipprotesta mal-Gvern Ingliż talli ajruplan bomber tat-tip ‘Vulcan’ kien itajjar fil-baxx fuq Ħaż-Żabbar tant li Tessie Attard u t-tliet uliedha spiċċaw intefgħu mal-art fuq il-bejt. Din il-familja kienet toqgħod fi Triq il-Grazzji f’Ħaż-Żabbar. Madanakollu l-Gvern Ingliż kien talab skuża tal-inċident u l-biċċa waqfet hemm. Mur għamilha llum…