Featured posts

Mara Kienet Instabet Mejta Fi Triq It-Taraġ Fil-Belt Valletta

Fl-1899, mara tallaba nstabet mejta f’darha fi Triq it-Taraġ fil-Belt Valletta. Matt-tfittxija li saret fid-dar, instabu mat-380 lira sterlina f’deheb moħbija f’diversi postijiet. Il-mara kellha wkoll diversi oġġetti tad-deheb meħjuta mal-libsa li kellha fuqha. Sal-lum, meta nisimgħu b’xi ħadd li nstab mejjet, ukoll għadna niċċassaw bl-aħbar. Immaġinaw f’dak iż-żmien. Tinsewx li apparti forsi qtil fuq…

Jibda X-Xogħol Biex Jinbena L-Istitut Ta’ Fra Diegu Fil-Ħamrun

Bħal-lum fl-1887, kien beda x-xogħol fuq l-Istitut ta’ Fra Diegu fil-Ħamrun, mill-flus imħollija mill-Markiż Scicluna. Kien hemm tama li x-xogħol jitlesta sal-anniversarju tar-Reġina Vittorja. L-istitu kellu jilqa’ 200 tfajla. Il-Markiż Scicluna kien benefattur kbir speċjalment fir-raħal li kien jgħix fih; in-Naxxar. Sal-lum, il-Markiż Scicluna jissemma bil-bosta fuq fomm in-Naxxarin, speċjalment malli toqrob il-festa li tagħha…

Niżlu Bid-Dgħajjes… Inqabdu U Qatluhom!

Fit-12 ta’ Jannar tal-1799, kellu jibda l-komplott kontra l-ħakma Franċiża f’Malta immexxi minn Dun Mikiel Xerri. Dan il-komplott kien inkixef lejlet li kellu jsir. Il-Pjan kien li jindaqqu l-qniepen u titla’ l-bandiera b’San Pawl fuqha bħala sinjal ta’ rewwixta. Iżda ġara li jum qabel, fit-Teatru Manoel kienet saret rappreżentazzjoni għar-rebħa li l-qawwiet Franċiżi kien għamlu…

Il-Kardinal Mario Grech Jingħata Lazz Aħmar Ta’ Prospero Grech

Kienet azzjoni sabiħa u ġest simboliku fl-istess ħin dik li l-Kardinal Malti Mario Grech ingħata l-lazz ażħmar li jżomm is-salib pettorali, li kien tal-Kardinal Prospero Grech. Dan seħħ fil-Kurja Ġenerali tal-Ordni Agostinjan, fejn il-kardinal qed jirrisjedi bħalissa. Il-Pirjol Ġenerali P. Alejandro Morál Antón osa irregala lill-Kardinal Malti salib pettorali tal-fidda b’relikwa ta’ Santu Wistin, akkumpanjata…

Meta L-Kuntratti U T-Testmenti Bdew Jinżammu Għal Dejjem?

Kien fl-10 ta’ Jannar tal-1640 li ħarġet ordni favur il-wirt miktub. Dan bil-għan li jitħarsu l-kuntratti u t-testmenti li jkunu saru quddiem nutar. B’din l-ordni, kien stabbilit l-Arkivju Notarili biex hekk, dokumenti importanti bħal dawn jibqgħu jeżistu anke wara li jmut nutar. Din ovvjament għadha tgħodd sal-lum. Li kieku dan ma sarx, kien jinqala’ ħafna…

Bħal-Lum Twieled William Savona. Tafu Min Kien?

Bħal-lum 7 ta’ Jannar tal-1865, twieled il-politiku William Savona, iben il-politiku Siġismondo Savona. William kien avukat u fl-1921 kien elett bħala l-President tal-Malta Labour Party u kien mexxa lill-partit fl-elezzjoni tal-1921, l-1924 u tal-1927. Kien miżżewweġ lil Nusa Rosenbush u kellu żewġ subien u erbat ibniet. William Savona kien ir-rappreżentant tat-Trade Union Council fis-Senta u…

Bħal-Lum Il-Gvern Malti Pprotesta Mal-Ingliżi Ħabba Li Ajruplan Kważi Mess Ma’ Bejt Ta’ Dar

Kien propju bħal-lum tal-1977, meta l-Gvern Malti kien ipprotesta mal-Gvern Ingliż talli ajruplan bomber tat-tip ‘Vulcan’ kien itajjar fil-baxx fuq Ħaż-Żabbar tant li Tessie Attard u t-tliet uliedha spiċċaw intefgħu mal-art fuq il-bejt. Din il-familja kienet toqgħod fi Triq il-Grazzji f’Ħaż-Żabbar. Madanakollu l-Gvern Ingliż kien talab skuża tal-inċident u l-biċċa waqfet hemm. Mur għamilha llum…

Bil-Filmat: L-Eqdem Statwa Fil-Kalkara Tagħlaq 100 Sena

L-Istatwa sabiħa u nistgħu ngħidu wkoll, popolari tal-kalkara Malta Rebbieħa, qed tiċċelebra għeluq il-100 sena tagħha. Il-membri tas-Soċjetà: l-Għaqda Mużikali San Ġużepp kalkara, liema statwa hija propjetà tagħhom għażlu t-tema: Unur, Identità u Storja permezz ta’ logo uffijali tal-100 sena. Dan inħadem mill-PRO tas-Soċjetà Carl Mifsud. “Tliet kelmiet li ġew magħżula bi ħsieb; l-ewwel waħda…

Jiżżanżan Ventartal Uniku Fir-Rabat Għawdex Lejliet L-ewwel tas-Sena

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm iżżanżan Ventartal tal-Milied fil-knisja tal-Kapuċċini fir-Rabat Għawdex. Ventartal differenti minn dak li mdorrijin naraw fejn spiss ikunu tal-fidda u dari, kienu jkunu tal-ġild. L-artist George James Cutajar Zahra iddisinja u pitter l-ornament tiegħu filwaqt li l-pittura ċentrali hija ta’ missieru Joe Cutajar Zahra. Awguri tassew!