Featured posts

Ħames Swali Ġodda F’MUŻA B’Artisti Kbar Fosthom ‘Ix-Xitan Tal-Pinzell’

Heritage Malta se tiftaħ 5 swali ġodda fil-mużew MUŻA li fihom ser ikun hemm esebita arti ta’ artisti rinomati bħall-Mattia Preti, il-Franċiż Antoine Favray u l-artist magħruf Malti li kien imlaqqam ‘Ix-Xitan tal-Pinzell’; Giuseppe Calì, apparti artisti oħra ta’ żmienhom. Ser ikun hemm ukoll programm ta’ projezzjonijiet artistiċi bil-laser fil-bitħa tal-MUŻA matul il-jiem tal-festi tal-Milied.…

Araw Il-Mosta Kif Ma Timmaġinawhiex Illum!

Ritratt mill-isbaħ li ttella’ minn Frank Salt Real Estate juri l-ġenb tal-Knisja tal-Mosta u l-imkejjen fejn illum hemm iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-madwar f’dehra differenti mmens minn dik li nafu llum. Ir-ritratt ittieħed fl-1962; sentejn qabel Malta saret Indipendenti. Innutaw il-karozzi tal-linja, il-vetturi bl-istil ta’ żmienhom, il-bankini, u l-ftit nies li hemm. Min jaf min kienu…

Kif Kienet L-Ikla Tal-Milied Fit-Tieni Gwerra Dinjija?

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, se jsir webinar interessanti b’relazzjoni bejn il-Milied u t-Tieni Gwerra Dinjija. Dan se jsir minn Heritage Malta fejn se jintwera wkoll filmat ta’ 20 minuta li jiffoka fuq il-Milied tul is-snin ta’ bejn l-1939 u l-1944. Irreġistra hawn: https://bit.ly/2WhFEWr   How was Christmas in Malta during the Second World War? …

Bħal-Lum Twieled Il-Pittur Famuż Lazzaro Pisani

Bħal-lum 15 ta’ Diċembru tal-1854, f’Ħaż-Żebbuġ twieled il-pittur famuż Lazzaro Pisani. Pisani kien il-kuġin ta’ żewġ skulturi magħrufa; Antonio u Francesco Sciortino. Pisani kien studja f’Ruma u wara reġa’ lura Malta fejn għamel bosta opri fil-knejjes lokali. Ix-xogħol ewlieni tiegħu sar fil-Bażilika ta’ San Pietru Pawl fin-Nadur, Għawdex. Huwa miet fil-31 ta’ Awissu tal-1932. Ritratt:…

Tliet Monumenti Ta’ Personalitajiet Siġġiewin Irrestawrati.

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħabbar li tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq tliet monumenti ta’ personalitajiet distini mis-Siġġiewi; dak ta’ Patri Ġużè Delia, il-Poeta Karmenu Vassallo u ta’ Pawlu Aquilina. L-Artist Aaron Camilleri Cauchi kelli din il-biċċa xogħol f’idejh fejn f’dawn l-aħħar ġimgħat għamel xogħol impekkabbli. Dan kien l-ewwel proġett kulturali li l-Kunsill Lokali Is-Siġġiewi ħadem fuqu…

Qatt Rajtuha L-Funtana Ta’ Quddiem Il-Qorti Fil-Belt Valletta?

Iva qed tisimgħu sew. Quddiem il-bini tal-qorti fil-Belt Valletta kien hemm funtana l-ġmiel tagħha li tneħħiet madwar 80 sena ilu. Jidher li fl-1900, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi riedu jindirizzaw il-problema tad-dranaġġ u dan seta’ jkun solvut billi jkun ippumpjat ilma mill-istazzjon Electric Light fil-Belt stess permezz ta’ pajp ta’ 9 pulzieri. Is-Supretendent Lorenzo Gatt kien ippropona…

Escape Room Fil-Fgura Li Se Tiġbed Turiżmu Differenti

Attrazzjonijiet bħal Can You Escape li tinsab fil-Fgura huma importanti kemm għat-turisti li jżuruna u anke għall-pubbliku lokali fejn ikollhom imkejjen differenti ta’ kif jqattgħu l-ħin tagħhom u jiddevertu kif ukoll iħaddmu moħħhom f’tip ta’ divertiment differenti. Prattikament, għal min qatt ma sema’ b’dan il-kunċett, l-idea tal-Escape Room hija li tkun kamra kbira u li…

Heritage Malta Continues To Restore And Upgrade The Maritime Museum Collection

The EEA Malta Maritime Museum Project is a major Heritage Malta project which targets the restoration and structural upgrading of the Malta Maritime Museum and the innovative visitor centre presentation of the  Museum’s collection through assets digitisation. On its facebook page, a model of a first-century AD Roman Merchant Ship was featured. This model represents…