Featured posts

Il-Milied Fil-Belt Valletta Suċċess… Il-Maltin Jattendu U Jobdu D-Direttivi

Kif jixhed dan ir-ritratt, bosta Maltin erħewlha lejn il-Belt Valletta biex igawdu l-jum tat-13 ta’ Diċembru; Jum ir-Repubblika li huwa wkoll jum magħruf li ħafna jħalluh biex jagħmlu x-xiri tal-Milied. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, l-attivitajiet li s-soltu mdorrijin bihom ħadu xejriet differenti imma dan ma qatax qalb il-Valletta Cultural Agency biex torganizza bosta attivitajiet biex hekk,…

Fis-Siġġiewi Ser Jiżdied L-Armar Tal-Milied Biex Jgħola L-Moral Fis-Sena Tal-Pandemija

“Fi żminijiet diffiċli u partikolari li għaddejjin minnhom fil-preżent, il-Kunsill Lokali ħass il-bżonn li minkejja dawn iż-żminijiet xejn feliċi mhux biss għanda narmaw l-armar li jintrama is-soltu, iżda investejna f’aktar armar tal-Milied sabiex jitgawda minnkom is-Siġġiewin u minn dak kollha li jħobbu jżuru r-raħal tagħna f’dawn iż-żminijiet”, tenna s-Sindku Dominic Grech fuq il-facebook tiegħu. Qal…

Ma Jintlaħaqx Ftehim Biex Isir Gran Mastru Ġdid… Jinħoloq Logutenent

Jidher li ma ntlaħaqx ftehim biex jinħatar Gran Mastru ġdid biex jieħu post Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto. Għalhekk, iltaqa’ l-Kunsill tal-Ordni f’Ruma u nħatar Logutenent tal-gran Mastru li għandu perjodu ta’ sena f’din il-kariga. Dan għaliex mistennija jsiru tibdiliet kbar fi ħdan l-Ordni anke dwar kif jinħatru l-Kavallieri. Il-Logutenent tal-Gran Mastru…

Aktar Pjazez Mixgħulha Bix-Xemgħa F’Għawdex…

Hekk kif illum beda x-xahar ta’ Novembru; propju fl-1 u fit-2 tax-xahar ikunu mfakkra l-Qaddisin kollha kif ukoll il-mejtin kolha. Dan huwa mument ta’ ġabra għal bosta, speċjalment dawk li jkunu tilfu xi ħadd għażiż għalihom. Ir-raħal żgħir ta’ San Lawrenz u anke dak ta’ Għajnsielem, xegħelu l-pjazez tagħhom b’inizjattivi ta’ bosta persuni li għenu…

Qatt Innutajtu L-Irħama Mċaqalqa Taħt L-Istatwa Tar-Reġina?

Ftit ilu fuq waħda mill-paġni ta’ Heritage Malta bl-isem ta’ National Museum of Archaeology, Malta, ittellgħu ritratti interessanti ferm u li kieku ma nġibditx l-attenzjoni, kważi kważi anqas tinnotahom. Nirreferu għal ċaqlieq li kien sar fl-irħam tal-monument/pedestall ta’ taħt l-istatwa tar-Reġina Victoria minħabba t-twaddib ta’ bombi fit-Tieni Gwerra Dinjija. Wieħed jimmaġina s-saħħa ta’ bomba malli…

It-3 Kardinal F’Pajjiżna… L-Ewwel Wieħed Minn Għawdex… Awguri Mons. Mario Grech

L-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech se jsir l-ewwel kardinal mill-gżira Għawdxija u t-tielet wieħed f’pajjiżna wara Prospero Grech u Fabrizio Sciberras Testaferrata lura sew fl-istorja ta’ pajjiżna. Fil-fatt, testaferrata għex bejn l-1757 u l-1843. Imbagħad, mhux daqshekk il-bogħod fi żmienna, kellna lil Prospero Grech, Agostinjan li miet is-sena li għaddiet propju fit-20 ta’ Diċembru tal-2019.…

L-Aktar Mitħna Antika Fil-Mosta. Ġieli Għaddejtu Minn Ħdejha?

Il-Kunsillier Mosti Marvic Camilleri tella’ ritratt mill-isbaħ li juri waħda mill-10 imtieħen li nbnew fi żmien il-Gran Mastru Gregorio Carafa. Camilleri huwa l-kunsillier responsabbli mill-Kultura u l-Patrimonju Mosti fi ħdan il-Kunsill Lokali tal-Mosta. Din tissejjaħ il-Mitħna l-qadima ħafna drabi. Hemm ħafna li jsibuha bħala l-Mitħna Ta’ Mlit. Kienet twaqqgħet u nbniet oħra flokha fl-1757. B’hekk,…

Hemm Min Jgħid Li Huma Sinjali Ta’ Konfini U Hemm Min Jgħid Li Kienu Nqatlu 3 kavallieri

Jingħad li dan il-monument tat-3 slaleb b’simboli marbuta mal-Passjoni ta’ Sidna ġesù Kristu saru bi skop. Jiġbdu l-attenzjoni u joħolqu kurżità kbira. Fl-1615, Ħaż-Żabbar flimkien ma’ Wied il-Għajn kienu jiffurmaw parti mill-parroċċa taż-Żejtun. Madwar 650 persuna kienu jgħixu f’ Ħaż-Żabbar u bdew jitolbu bil-ħerqa lill-isqof biex Ħaż-Żabbar isir parroċċa għalih. Din it-talba ġiet aċċettata u…