Featured posts

Aktar Pjazez Mixgħulha Bix-Xemgħa F’Għawdex…

Hekk kif illum beda x-xahar ta’ Novembru; propju fl-1 u fit-2 tax-xahar ikunu mfakkra l-Qaddisin kollha kif ukoll il-mejtin kolha. Dan huwa mument ta’ ġabra għal bosta, speċjalment dawk li jkunu tilfu xi ħadd għażiż għalihom. Ir-raħal żgħir ta’ San Lawrenz u anke dak ta’ Għajnsielem, xegħelu l-pjazez tagħhom b’inizjattivi ta’ bosta persuni li għenu…

Qatt Innutajtu L-Irħama Mċaqalqa Taħt L-Istatwa Tar-Reġina?

Ftit ilu fuq waħda mill-paġni ta’ Heritage Malta bl-isem ta’ National Museum of Archaeology, Malta, ittellgħu ritratti interessanti ferm u li kieku ma nġibditx l-attenzjoni, kważi kważi anqas tinnotahom. Nirreferu għal ċaqlieq li kien sar fl-irħam tal-monument/pedestall ta’ taħt l-istatwa tar-Reġina Victoria minħabba t-twaddib ta’ bombi fit-Tieni Gwerra Dinjija. Wieħed jimmaġina s-saħħa ta’ bomba malli…

It-3 Kardinal F’Pajjiżna… L-Ewwel Wieħed Minn Għawdex… Awguri Mons. Mario Grech

L-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech se jsir l-ewwel kardinal mill-gżira Għawdxija u t-tielet wieħed f’pajjiżna wara Prospero Grech u Fabrizio Sciberras Testaferrata lura sew fl-istorja ta’ pajjiżna. Fil-fatt, testaferrata għex bejn l-1757 u l-1843. Imbagħad, mhux daqshekk il-bogħod fi żmienna, kellna lil Prospero Grech, Agostinjan li miet is-sena li għaddiet propju fit-20 ta’ Diċembru tal-2019.…

L-Aktar Mitħna Antika Fil-Mosta. Ġieli Għaddejtu Minn Ħdejha?

Il-Kunsillier Mosti Marvic Camilleri tella’ ritratt mill-isbaħ li juri waħda mill-10 imtieħen li nbnew fi żmien il-Gran Mastru Gregorio Carafa. Camilleri huwa l-kunsillier responsabbli mill-Kultura u l-Patrimonju Mosti fi ħdan il-Kunsill Lokali tal-Mosta. Din tissejjaħ il-Mitħna l-qadima ħafna drabi. Hemm ħafna li jsibuha bħala l-Mitħna Ta’ Mlit. Kienet twaqqgħet u nbniet oħra flokha fl-1757. B’hekk,…

Hemm Min Jgħid Li Huma Sinjali Ta’ Konfini U Hemm Min Jgħid Li Kienu Nqatlu 3 kavallieri

Jingħad li dan il-monument tat-3 slaleb b’simboli marbuta mal-Passjoni ta’ Sidna ġesù Kristu saru bi skop. Jiġbdu l-attenzjoni u joħolqu kurżità kbira. Fl-1615, Ħaż-Żabbar flimkien ma’ Wied il-Għajn kienu jiffurmaw parti mill-parroċċa taż-Żejtun. Madwar 650 persuna kienu jgħixu f’ Ħaż-Żabbar u bdew jitolbu bil-ħerqa lill-isqof biex Ħaż-Żabbar isir parroċċa għalih. Din it-talba ġiet aċċettata u…

X’ Ġara Eżatt Fil-Maqluba? Saħta Tal-Allat Jew Att Naturali?

Żgur li xi darba jew oħra smajtu bl-akkwata sabiħa magħrufa tal-Maqluba fil-Qrendi! Għandha forma speċjali u stramba fl-istess ħin. Bosta leġġendi kienu jissawru fil-passat malli jaraw fenomenu li kien ikun diffiċli jispjegawh. Għalhekk l-ewwel ħsieb kien imur fuq l-allat. Iżda fil-każ tal-Maqluba kien jingħad li n-nies li kien jgħixu fl-akkwata kienu xi ftit imqarbin u…

Kieku Għal-lum Kienet Issuġġeritha L-Purċissjoni Tal-Ġimgħa L-Kbira…

Meta fil-bidu li faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, tħassru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, kien hemm min kien issuġerixxa li dawn isiru f’Settembru propju fil-jum tal-Eżaltazzjoni tas-Salib. Dan minħabba li għal-lum kien hemm ippjanat li ssir purċissjoni bil-Kurċifiss mirakoluż ta’ Ġieżu tal-Belt Valletta fil-festa li aċċennajna għaliha; l-eżaltazzjoni tas-Salib. Madanakollu, it-temp xejn ma kien iħalli l-purċissjonijiet isiru għaliex…

Possibbiltá Ta’ Għargħar… Oqogħdu Attenti!!!

Fuq il-paġna Aġġornament tat-Temp ittella’ avviż li hawn possibbiltà ta’ xita qawwija li tista’ tikkawża għargħar. Bħalissa l-gżejjer Maltin għaddejjin minn maltempati li bdew fi tmiem il-ġimgħa li għadda kif intemmet ilbieraħ. Tajjeb li nevitaw ħruġ bla bżonn ħalli jitnaqqas it-traffiku u l-inċidenti. Dejjem insuqu bil-galbu, naħsbu kmienu u nżommu l-kalma. U bħal dejjem, suqu…

X’Kien Ġara Fis-Siġġiewi Meta F’Malta Kien Hawn Nixfa Kbira?

Din il-knisja tinstab f’wieħed mill-iktar postijiet pittoreski tal-gżejjer tagħna. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li naraw pittura li fiha tidher din il-knisja u l-irdumijiet tal-Fawwara. Taħt din il-knisja nsibu nixxiegħa tal-ilma naturali li tibqa’ tnixxi l-ilma s-sena kolla. Għalhekk dawn l-inhawi huma fertili ħafna. L-istorja marbuta ma’ din il-knisja devota tal-Madonna tal-Karmnu toħodna lura għas-seklu15 meta…

Bil-Filmat: Malta B’messaġġ Għall-Pride F’Ateni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Rosianne Cutajar għaddiet messaġġ b’saħħtu ta’ inkoraġġiment minn Malta lejn Ateni fil-Greċja fejn bħalissa hemm iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Gay Pride; liema pride kellha tiġi ridotta b’mod sostanzjali minħabba l-pandemija tal-Covid-19. “Li tieqaf għad-drittijiet tiegħek mhux dejjem ikun faċli, wisq iżjed fi żmien diffiċli”, sostniet is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar. Iżda messaġġ bħal dan…