Featured posts

X’Inkwiet Inqala’ F’Malta Fit-18 Ta’ Mejju Snin Ilu?!

Fit-18 ta’ Mejju tal-1565, it-Torok deheru fix-xefaq resqin lejn il-gżejjer tagħna. Il-ġurnata kienet il-Ġimgħa. Dan kien mistenni; ma kinitx sorpriża. Il-mistoqsija aktar kienet ‘meta kienu ġejjin’ milli ‘jekk hux ġejjin.’ Qabel kien hemm assedju ieħor; dak tal-1551. Kif intemm, kien donnu fl-affermattiv li l-Ottomani kienu ser jerġgħu jaħbtu għal pajjiżna. L-assedju tal-1565 baqa’ magħruf bħala…

Bil-Filmat: Melodija Miktuba Minn Tifel ta’ 9 Snin Titkanta Minn Kor Flimkien Mal-Arpa

Il-Kor Pueri Cantores Jubilate Deo tan-Naxxar ħareġ b’siltà mill-isbaħ bil-vuċijiet tat-tfal flimkien mad-daqq tal-arpa mill-artista bravissima Caroline Calleja. Iġġib l-isem ta’ God in heaven-a child’s prayer for difficult times; siltà differenti fejn qed naraw talba għall-mumenti aħjar, iżda din id-darba miċ-ċkejknin. Hija melodija miktuba minn Luke Muscat ta’ 9 snin. Il-kor Pueri Cantores Jubilateo Deo…

“Malta u Għawdex Huma Żewġ Gżejjer Li Huma Covid Safe” – Il-Prim Ministru

Aktar kmieni llum smajna intervista mill-Prim Ministru Robert Abela fejn wera pożittività li żgur għenet ħafna fil-moral tal-poplu Malti u Għawdxi. Għalkemm għadu ma spiċċax kollox, żgur li rridu nammettu li pajjiżna kellu suċċess fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Dan wera serjetà kbira mill-Awtoritajiet tas-saħħa flimkien mal-Gvern li ħadmu id f’id biex ir-riperkussjonijiet fuq kulħadd, ikunu l-inqas…

Minkejja S-Sitwazzjoni, Xorta Ramaw Ir-Raħal Għall-Festa Tal-Lunzjata

Kieku mil-lum tibda l-festa ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Tarxien. Iżda minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19, ilkoll nafu li din is-sena l-festi esterni ġew imħassra. Il-Festa tal-Lunzjata f’Ħal Tarxien kellha tiġi ċċelebrata fl-24 ta’ Mejju. Madanakollu, id-dilettanti Tarxiniżi ppruvaw iżommu l-ispirtu tal-festa u anke l-moral għoli billi ramaw xi armar mat-toroq tar-raħal sabiħ ta’ Ħal Tarxien.  …

Iħallina Elia Borg Bonaci – Il-Ħanut Huwa Ikona Fil-Ħamrun

Żgur li xi darba jew oħra żortu l-kafetterija ta’ Elia fil-Ħamrun. Post li għadu bi stil tradizzjonali li jilqgħak; apparti t-tjubija tal-prodotti ġenwini li joffru u anke s-simpatija u l-karattri ferrieħa tal-familjari li jaħdmu fil-ħanut stess. Illum tħabbar li ħalliena Elia. Elia flimkien ma’ ħames ħutu oħra kabbru n-negozju ta’ missierhom li beda lura fl-1953,…

Pittura Mmermra Attribwita Lil Francesco Zahra Salvata Milli Tintilef

Pittura allegorika attribwita lil Francesco Zahra, li tiddekora s-saqaf tal-Kappella ta’ San Kalċedonju, fil-Kurja tal-Arċisqof (Casa Manresa) fil-Furjana, kienet qrib li tintilef kompletament minħabba l-ħsarat estensivi li din kellha. Amy Sciberras u t-tim tagħha ġew fdati b’dan il-proġett diffiċli ta’ konservazzjoni u restawr. Din is-sitwazzjoni kienet titlob trattamenti ta’ emerġenza li kellhom isiru fuq il-post,…

Iż-Żgħażagħ Ġawhrin Ta’ San Pawl Il-Baħar Jiċċelebraw 15-Il Sena Mit-Twaqqif Anke Waqt Covid-19

Din is-sena żgur li d-dilettanti tal-festi se jħossuhom xi ftit jew wisq strambi; Bla festi minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Imma jidher li l-għaqdiet diversi fil-lokalitajiet, sew jekk tal-baned, armar u oħrajn b’relazzjoni mal-festi tradizzjonali tagħna, qed jagħmlu ħilithom biex iżommu ruħhom attivi kif ukoll il-moral għoli ta’ bosta żgħażagħ li minn sena għall-oħra jistennew dan iż-żmien…

Messaġġ Ta’ Tama Lill-Ommijiet Speċjalment Dawk Li Uliedhom Qed Jaħdmu Kontra L-Kurrent

Flimkien mal-Kumpanija Powerhouse, is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo lbieraħ ħarġu b’inizjattiva li jinxtegħel il-Palazz ta’ Selmun fil-Mellieħa bil-kuluri tal-Qawsalla; kuluri li qed jintużaw matul il-pandemija tal-Covid-19. Il-messaġġ mixtieq li jitwassal kien dak ta’ tama lill-poplu kollu, speċjalment lill-ommijiet kollha li qegħdin jissagrifikaw il-ħin ma’ uliedhom sabiex ikunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.…