Featured posts

Bħal-Lum Papa Piju VII Ħatar Lil Fabrizio Sceberras Testaferrata Bħala Kardinal

Kien bħal-lum 6 t’April tal-1818, meta Papa Piju VII ħatar lil Fabrizio Sceberras Testaferrata bħala Kardinal. Huwa kien diġa’ serva fis-Santa Sede u fis-servizz diplomatiku tal-Vatikan. Kien anke ilu nnominat segretament ‘in pectore’, mit-8 ta’ Marzu tal-1816. L-investitura tal-Kardinal Sceberras saret fid-9 t’April 1818. Fost dawk li attendew għaċ-ċerimonja kien hemm ħu l-Kardinal, Michele, il-Prinċep…

Via Sagra In Lumine Għat-Tieni Darba F’San Ġwann

“Mill-ġdid bħala Kunsill Lokali qedgħin intellgħu – Via Sagra In Lumine. Inizjattiva li issa saret sinonima mal-loka tagħna.” Hekk kiteb is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech fuq il-midja soċjali tiegħu fejn ħabbar kif mil-lejla, il-pubbliku jista’ jżur Via Sagra differenti li se ddawwal il-pjazza tal-lokal. Din l-inizjattiva qed issir għal sena oħra mill-Kunsill Lokali ta’…

Vara Ġdida tal-Ġimgħa L-Kbira F’Ħal Qormi

Kristu quddiem is-sinedriju hija vara ġdida li l-Knisja Kolleġġjata Arċimatriċi u Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri għadhom kif żanżnu. F’Ħamis ix-Xirka tas-sena 2019, tħabbar li ser tiżdied vara oħra mas-sett li għandhom il-Qriema u hekk ser ikollhom it-tlettax-il vara. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 din il-vara xogħol ta’ Aaron Camilleri Cauchi u Missieru Alfred ilha sentejn sabiex…

Patri Dijonisju Mintoff Jiċċelebra 91 Sena

Illum Patri Dijonisju Mintoff qed jiċċelebra għeluq il-91 sena tiegħu. Mintoff jibqa’ magħruf għall-altruwiżmu tiegħu fost il-poplu speċjalment mal-batut u l-imigranti. Ħabrek kemm felaħ biex jiftaħ il-Laboratorju tal-Paċi fl-1971. Dan il-post għadu attiv ferm sal-lum, anke meta kellu l-mewġ kontrieh, minn kollegi stess. Huwa Patri Franġiskan u jgħix kemm fil-Laboratorju nnifsu u anke fiż-Żurrieq. Din…

Il-Ministru Tal-Kultura Owen Bonnici Jfakkar Diskors Ta’ Jum Il-Ħelsien

“Aħna miġburin hawn illejla biex nifirħu flimkien u niċċelebraw it-tmiem tal-bażi militari Ingliża. Miġburin hawn illejla biex fuq kollox naħilfu li qatt iżjed ma jkun hawn bażi militari barranija f’artna u li Malta tibqa’ għal dejjem Repubblika ħielsa mmexxija mill-Maltin għall-Maltin.” Il-Ministru għal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li għadu kemm inħatar f’din il-pożizzjoni, Owen…

Meta L-Professur Guido de Marco Kien Elett Bħala L-President Ta’ Malta

Kien bħal-lum id-29 ta’ Marzu tal-1999, meta l-Kamra tad-Deputati eleġġiet lill-Professur Guido de marco bħala President ta’ Malta bi 33 vot favur u 29 vot kontra. L-Opożizzjoni fl-istess seduta kienet innominat lill-Professur Edwin Grech iżda l-mozzjoni m’għaddietx bi 28 vot favur u 32 vot kontra. Fil-bidu tas-seduta, il-Kamra b’vot unanimu approvat mozzjoni imressqa mill-Gvern u…

Kienet Mietet Tfajla … Majmuna

Kien bħal-lum 21 ta’ Marzu tal-1174, meta mietet f’Għawdex it-tfajla Għarbija Majmuna, bint Ħassan is-Susi, iben Ali il-Hadli minn Gabes ta’ Sousa. Dan jidher minn ġebla tal-qabar li kienet instabet madwar 300 sena ilu bejn ix-Xewkija u s-Sannat f’Għawdex. Din il-ġebla tinsab fil-Mużew ta’ Għawdex. Interessanti l-fatt, li din il-ġebla xehedet informazzjoni mill-iżjed importanti fuq…

Iċ-Ċkejken Beppe Jippubblika T-Tieni Ktieb Tiegħu Biex Joħloq Kuxjenza Dwar L-Awtiżmu

Wara li s-sena l-oħra ippublika l-ewwel ktieb tiegħu –  “Il-Mawra tieghi fl-Ispazju”,  iċ-ċkejken Beppe,  li llum għandu 10 snin, għadu kif ippublika t-tieni ktieb tiegħu “Il-Ħbieb ta’ Ġużi”. Għalkemm għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu, b’diffikulta’ li jitkellem, Beppe ma jaqtax qalbu u xorta waħda jrid ikompli jsemma leħnu billi jikteb. Huwa tifel intelliġenti immens u l-kitba qed…