Featured posts

In-Nuqqas Ta’ Dixxiplina U Li Nisfidaw Se Jsir Parti Mill-Wirt Ta’ Pajjiżna?!

Anqas nemmnu li jkollna naslu nikbtu artiklu ta’ din ix-xorta. Imma għaliex ja poplu? Donnu s-suċċess u l-frott li naraw qisu rridu nibdluh fi mrar? Irridu ntappnuh? Nies jarmu barra, kummenti ta’ ħdura lejn xulxin, sfidar lir-regoli mposti mill-awtoritajiet… Imma possibbli? Daqshekk immaturi? U mbagħad nieħdu għalina u ndawru l-kanuni u nġibu l-eżempji u nqabblu.…

Bil-Filmat: L-Akbar Arma Bħalissa Hija L-Kuraġġ!

  F’dawn il-mumenti l-akbar arma għandha tkun dik tal-kuraġġ. Huwa minnu li ma jfissirx li għadda kollox imma anqas nistgħu nibqgħu mbeżżgħin. Irridu nagħmlu kuraġġ flimkien. Dan kien l-iskop wara l-mixgħela tal-faċċata tal-Bażilika Kolleġġjata ta’ Santa Liena f’Birkirkara fuq inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Il-ħsieb imur fuq il-front liners dedikati…

Bil-Filmat: X’Taf Fuq L-Istemmi Araldiċi Jew Inkella L-Coat Of Arms?

Insejħulhom coat of arms; l-istemmi araldiċi. Interessanti li dawn ma jsirux kif ġab u laħaq imma hemm studju, riċerka u ħsieb warajhom. Tkellimna ma’ Andrea Sacco Baldacchino li huwa riċerkatur u anke jagħmel l-illustrazzjonijiet ta’ dawn l-istemmi hu stess b’tant preċiżjoni u passjoni. 1. Xi tfisser l-Araldika? L-araldika hija sistema ta’ identifikazzjoni kemm personali u…

Illum Daħlu Fis-Seħħ Miżuri Ġodda… X’Taħsbu Dwar Dan?

Mil-lum il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020 bosta negozji reġgħu fetħu l-bibien tagħhom jew inkella ser jagħmlu hekk minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, hekk kif ukoll restoranti fost oħrajn, mistennija jippruvaw jerġgħu mmorru lura għan-normal; normal meqjus differenti milli nafu jew li mdorrijin bih. Ser jiftħu wkoll lukandi u anke ħwienet tax-xagħar u dawk ta’…

Saċerdoti Għawdxin Taw €100 U Anke Iżjed Biex Jinxtara ‘Ventilator’ Għall-Isptar…

Nistgħu nsejħulu ġest nobbli u verament Kristjan dak li għamlu s-saċerdoti Għawdxin fejn ħarġu flus minn jheddhom biex jinxtara ‘ventilator’ għall-isptar ġenerali t’Għawdex. Forsi nisimgħu ħafna kritika kemm il-Knisja tiġbor flus; li wara kollox għall-ġid tal-komunità iżda xorta ssib min ikun irid jgħaddi kumment dispreġġjativ. Iżda fil-mument tal-prova, rajna kemm verament dawn is-saċerdoti wettqu att…

Sejba F’Ħal Tarxien Li Kapaċi Tmur Lura Madwar 2000 Sena

Sejba interessanti saret illum f’Ħal Tarxien; dik ta’ qabar Puniku. Dan kien skavat mit-tim tal-Wirt Kulturali u t-tim Geomatich taħt is-supervizjoni tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Is-sejba nstabet f’kundizzjoni tajba; totalment mhux mittiefsa. Instabu urni intatti u anke oġġetti relatati mad-dfin, liema urni kellhom ukoll irmied fihom mir-ritwali tal-kremazzjoni. Magħhom kien hemm ukoll anfora (ġarra tal-fuħħar li…

Kif Kienet Buġibba Fl-1985!!!

Ritratt sabiħ li ttella’ fil-grupp ta’ facebook Nostalgia Malta juri karozza tal-linja bil-kulur aħdar iddur ma’ fejn illum hemm il-bank HSBC lejn il-pjazza li llum hija żona pedonali. Kemm jinbidel iż-żmien! Dan ir-ritratt jidher li ttieħed fl-1985. Ta’ min ninnutaw ftit affarijiet; il-moda tal-ħwejjeġ tan-nies fir-ritratt, it-tip ta’ fanali li hemm, it-taxi bajda, il-kjosk tal-ġelat…

X’Inkwiet Inqala’ F’Malta Fit-18 Ta’ Mejju Snin Ilu?!

Fit-18 ta’ Mejju tal-1565, it-Torok deheru fix-xefaq resqin lejn il-gżejjer tagħna. Il-ġurnata kienet il-Ġimgħa. Dan kien mistenni; ma kinitx sorpriża. Il-mistoqsija aktar kienet ‘meta kienu ġejjin’ milli ‘jekk hux ġejjin.’ Qabel kien hemm assedju ieħor; dak tal-1551. Kif intemm, kien donnu fl-affermattiv li l-Ottomani kienu ser jerġgħu jaħbtu għal pajjiżna. L-assedju tal-1565 baqa’ magħruf bħala…

Bil-Filmat: Melodija Miktuba Minn Tifel ta’ 9 Snin Titkanta Minn Kor Flimkien Mal-Arpa

Il-Kor Pueri Cantores Jubilate Deo tan-Naxxar ħareġ b’siltà mill-isbaħ bil-vuċijiet tat-tfal flimkien mad-daqq tal-arpa mill-artista bravissima Caroline Calleja. Iġġib l-isem ta’ God in heaven-a child’s prayer for difficult times; siltà differenti fejn qed naraw talba għall-mumenti aħjar, iżda din id-darba miċ-ċkejknin. Hija melodija miktuba minn Luke Muscat ta’ 9 snin. Il-kor Pueri Cantores Jubilateo Deo…