Featured posts

Jiddiżinfettaw Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

Żmien li se nibqgħu niftakruh   M’huwhiex żmien li tirriskja. Wisq aktar f’postijiet, li għalkemm bħalissa m’humhiex miftuħa għall-pubbliku, bħall-mużewijiet kollha Maltin li ħafna minnhom jaqgħu taħt it-tmexxija ta’ Heritage Malta, il-knejjes u bla dubju l-Kon-Katidral maestuż ta’ San Ġwann. Jidher li dan it-tempju ġie ddiżinfettat. Dejjem ukoll moħħna mistrieħ li dan id-diżinfentant ma jagħmilx…

Bil-Filmat: Illum Xerred Dan Il-Filmat Ta’ Tama U Kuraġġ!

Żmien iebes imma kuraġġ!   Ħamis ix-Xirka b’differenza u forsi xi ftit xokkanti hekk kif mill-bieraħ għal-lum, telgħu għal 2 il-persuni li tilfu ħajjithom minħabba l-virus qerried tal-COVID-19. Is-soltu bħal-lum, induru l-knejjes u nagħmlu l-vizti, nitolbu u niftakru fil-passjoni ta’ Ġesù Kristu. Iżda din is-sena ninsabu f’darna. Hemm min qed iqisha passjoni u ma tlum…

52 Pożittivi Għall-COVID-19

L-aktar darba li nstabu każi pożittivi:52. F’konferenza mill-Ministru tas-saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne flimkien mas-supretendent tas-Saħħa Profs. Charmaine Gauci tħabbar li nstabu 52 każ ġdid. Il-Ministru Chris Fearne qal li dan kien mistenni u li konna se nilħqu t-300 każ ġdid suppost il-ġimgħa li għaddiet. “Dan ifisser li l-miżuri li daħħalna jidher li…

“Dan Skiet Mill-Iktar Stramb” – Immanuel Mifsud

Isimgħu sew u apprezzaw ġmielna! Fuq produzzjoni ta’ Karl Azzopardi bi kliem u qari minn Immanuel Mifsud, Il-Blata Tagħna huwa filmat eċċezzjonali bi ħsieb li jġiegħelna nirriflettu ftit fuq aħna min aħna, Malta tagħna x’tirrakonta?! “Dan skiet mill-iktar stramb”, jistqarr Immanuel li jkompli jgħid, kien ħasra li konna nsejnieħ. Il-mużika sabiħa li tinstema’ fl-isfond hija…

Jista’ Jkun Li Dan Huwa L-Aktar Marċ Funebru Maħbub?!

Marċ li jdaħħalna fl-ispritu… imma jmissilna qalbna tassew?!   Ingħatat bidu l-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena 2020. Ġimgħa Mqaddsa b’differenza fejn jekk naħsbu ftit, bosta qed isofru. Kemm minħabba l-mard bil-COVID-19 u s-sitwazzjoni izda mhux biss. Għalkemm ejja ma ninsewx id-dulur li għaddej kontinwament f’bosta nies umani; min b’ħaġa, min b’oħra. Min tilef lil xi ħadd intortament,…

Araw X’Ħoloq B’Idejh L-Artist Indri Attard

Joħloq b’idejh!   Lil Indri Attard nafuh fuq it-televiżjoni. Huwa attur bravu, xandar iżda wkolla artist kapaċi. Il-karriera tiegħu fuq ir-radju tmur lura għall-1998 fuq Radju 101. Iżda spiss narawh itella’ arti maħluqa minnu stess b’idejh li ma tistax ma tiġbidx l-għajn. Waħda minnhom hija din l-istatwa; minjatura tal-għaxar stazzjon li tinsab fir-Rabat f’Malta. Il-qies…

Bil-Filmat: Ħa Nisimgħuha Din Nhar Il-Ħamis Li Ġej?

Jgħidulha ċ-Ċuqlajta   Storbjuża mhux ħażin. Xogħlha huwa kontra dak tal-qniepen; ifakkru n-niket li għadda minnu Ġesù kontra tal-ferħ tad-daqq ħelu tal-qniepen. Kien propju waqt it-talb tiegħu fil-Ġnien tal-Ġetsemani, li talab lil Alla biex ibiegħed minnu l-kalċi tal-imrar. Illum il-ġurnata, eżatt waqt iċ-ċerimonja simbolika tal-ħasil tas-saqajn, propju waqt is-Santu tindaqq l-ewwel darba ċ-ċuqlajta li tibqa’…

Dr. George Vella Għada Jgħalaq Sena President Ta’ Malta

Awguri minn Wirt Malta.mt Dr. George Vella għada 4 ta’ April 2020 jgħalaq sena minn meta nħatar l-10 President tar-Repubblika Maltija. Dan wara riżoluzzjoni parlamentari li għaddiet fis-7 ta’ Marzu 2019 mill-kamra tar-Rappreżentanti. Dr. George Vella twieled fl-24 ta’ April tal-1942 u l-professjoni tiegħu kienet dik ta’ tabib. Fl-2018, kien meqjus bħala wieħed minn tmien…

Għaraftuh? Kieku Għadu Magħna Għalaq 73 Sena

Ċelebrità Maltija li jibqa’ maħbub!   Kieku llum għadu magħna, il-kantant popolari Tony Camilleri magħruf bħala l-Bayzo kien jgħalaq 73 sena. Il-Bayzo miet fl-1 ta’ Frar tal-2018 għall-ħabta tal-22:10 fl-età ta’ 71 sena. Jibqa’ magħruf għall-vuċi unika tiegħu u għall-kanzunetta ferm maħbuba Qalu Li Raw. Kanzunetta li tkantat minn diversi kantanti saħansitra anke fi dwetti…