Featured posts

L-Ewwel 100 Jum Tal-Prim Ministru Robert Abela

Illum huwa l-100 jum fit-tmexxija bħala Prim Ministru ta’ Dr. Robert Abela. Twieled fis-7 ta’ Diċembru tal-1977. Dr. Abela huwa avukat u politiku li qed iservi bħala l-14 -il Prim Ministru ta’ Malta. Kien elett fil-Parlament fl-2017 u wara elezzjoni għall-mexxej fil-11 ta’ Jannar ta’ din is-sena 2020, Dr. Abela ġibed is-simpatija u s-sapport tal-votanti…

Se Niżbaljaw Jekk Naħsbu Li Għadda Kollox U Jiddispjaċina Bil-Kbir!

Nissaportu ftit ieħor!    F’Konferenza aktar kmieni llum, mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ġie kkonfermat li qabel kollox jirritorna għan-normal irid ikun hemm konsistenza fit-tnaqqis tal-każi tal-Covid-19. Dan japplika wkoll għal tnaqqis ta’ miżuri li ttieħdu fosthom il-ftuħ tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Jidher ukoll li l-mizuri ta’ prekawzzjoni ser jibqgħu jgħoddu sakemm anke jinstab vaċċin…

L-Artist Kevin Sciberras – Il-Pajsaġġ Urban U L-Ispazji Madwar Pajjiżna Jiddefenixxuh

Pjattaforma wkoll għall-artisti lokali   Dan is-sit jaħseb ukoll fl-artist Malti u qed joffri dan l-ispazju bħala pjattaforma għalihom; għaliex huma l-artisti li jfakkru f’wirt Malta permezz tal-kitba, pittura, skultura, mużika u kull mod ieħor li jibqa’ hemm, jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien. Forsi ġieli nnutajtu l-arti meraviljuża ta’ Kevin Sciberras fuq facebook. Kevin Sciberras twieled…

Ir-Reġina Victoria Kienet Tobgħod It-Tqala U Lit-Trabi Tarahom Koroh

Dak li ma nisimgħux spiss fl-istorja!   Ir-Reġina Victoria fl-istorja Maltija hija mogħtija ġieħ u rispett. Fosi l-aktar wirt li jfakkarna fiha huma l-‘Victoria Lines’; linji ta’ fortifikazzjoni li kienu saru fi żmien l-Ingliżi f’Malta sabiex suldati jisparaw minn warajhom. Iżda tajjeb ngħidu li dawn spiċċaw bla użu għaliex ftit wara li saru, kien ivvintat…

Kieku Konna Se Ngħidu Li Wara 10 Snin Reġa’ Żarna l-Papa…

Bħal-lum 10 snin ilu żarna l-Qdusija Tiegħu Papa Benedittu XVI. Kien hawn sensazzjoni u spirtu sabiħ fi gżiritna. Bħal donnu dawn il-mumenti jgħinuna niftakru x’ġawhra ta’ pajjiż għandna. Mhux biss għall-ispirtu reliġjuż imma wkoll għal mod kif nagħtu merħba bħala poplu. Ritratt: Papa Benedittu XVI waqt żjara fil-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat Il-Papa Benedittu jibqa’…

Veru Li Isem Ħaż-Żabbar Ġej Mis-Sengħa Taż-Żbir?

L-ismijiet tal-irħula tbiddlu mas-snin. Jista’ jkun ukoll li tbiddlu mhux biss minħabba ħakkiema ta’ pajjiżna differenti iżda wkoll minħabba l-mod kif il-poplu kien jaqra jew jgħid ċerti ismijiet. Isem li m’għandux x’jaqsam mal-irħula huwa Putirjal li propjament kien Porta Reali. Imma meta mitkellem mill-Maltin, ma kinitx idurilhom il-kelma. Studjużi jgħidu li Ħaż-Żabbar ġej mill-kelma Maltija…

Inti Tħobb Tissendika?!

Jgħidulha l-Muxrabija   Hija kelma li ġejja mill-ilsien Għarbi ‘mashrabiya’ u li kienet tifforma parti mill-arkitettura Maltija. Hija bħal tieqa jew parti pproġġettat l’ barra mill-kumplament tal-faċċata tad-dar b’xi toqob jew ftuħ li minnhom tista’ tara. Interessanti huwa l-fatt li inti tara filwaqt li ħaddieħor ma jarakx. Tista’ tissejjaħ ukoll in-‘nemmiesa’ jew ix-‘xerriefa’ u f’Għawdex…

L-Artista Maltija F’Londra Li Toħloq Meravilji Fl-Injam

Bonnymia hija artista Maltija li tgħix f’Londra. Iżda lil pajjiżha ma tinsieh qatt. Mhux talli tinsieh, talli toħloq ġmiel ta’ għodod għall-kċina fl-injam, li bihom tfakkar lil Malta. Daqqa madum Malti, daqqa xeni bħal dik tal-Belt Valletta u tant u tant ideat sbieħ oħra… Iva kollox fl-injam. Dawn huma ideali kemm bħala tifkira u anke…