Featured posts

“Dan Skiet Mill-Iktar Stramb” – Immanuel Mifsud

Isimgħu sew u apprezzaw ġmielna! Fuq produzzjoni ta’ Karl Azzopardi bi kliem u qari minn Immanuel Mifsud, Il-Blata Tagħna huwa filmat eċċezzjonali bi ħsieb li jġiegħelna nirriflettu ftit fuq aħna min aħna, Malta tagħna x’tirrakonta?! “Dan skiet mill-iktar stramb”, jistqarr Immanuel li jkompli jgħid, kien ħasra li konna nsejnieħ. Il-mużika sabiħa li tinstema’ fl-isfond hija…

Jista’ Jkun Li Dan Huwa L-Aktar Marċ Funebru Maħbub?!

Marċ li jdaħħalna fl-ispritu… imma jmissilna qalbna tassew?!   Ingħatat bidu l-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena 2020. Ġimgħa Mqaddsa b’differenza fejn jekk naħsbu ftit, bosta qed isofru. Kemm minħabba l-mard bil-COVID-19 u s-sitwazzjoni izda mhux biss. Għalkemm ejja ma ninsewx id-dulur li għaddej kontinwament f’bosta nies umani; min b’ħaġa, min b’oħra. Min tilef lil xi ħadd intortament,…

Araw X’Ħoloq B’Idejh L-Artist Indri Attard

Joħloq b’idejh!   Lil Indri Attard nafuh fuq it-televiżjoni. Huwa attur bravu, xandar iżda wkolla artist kapaċi. Il-karriera tiegħu fuq ir-radju tmur lura għall-1998 fuq Radju 101. Iżda spiss narawh itella’ arti maħluqa minnu stess b’idejh li ma tistax ma tiġbidx l-għajn. Waħda minnhom hija din l-istatwa; minjatura tal-għaxar stazzjon li tinsab fir-Rabat f’Malta. Il-qies…

Bil-Filmat: Ħa Nisimgħuha Din Nhar Il-Ħamis Li Ġej?

Jgħidulha ċ-Ċuqlajta   Storbjuża mhux ħażin. Xogħlha huwa kontra dak tal-qniepen; ifakkru n-niket li għadda minnu Ġesù kontra tal-ferħ tad-daqq ħelu tal-qniepen. Kien propju waqt it-talb tiegħu fil-Ġnien tal-Ġetsemani, li talab lil Alla biex ibiegħed minnu l-kalċi tal-imrar. Illum il-ġurnata, eżatt waqt iċ-ċerimonja simbolika tal-ħasil tas-saqajn, propju waqt is-Santu tindaqq l-ewwel darba ċ-ċuqlajta li tibqa’…

Dr. George Vella Għada Jgħalaq Sena President Ta’ Malta

Awguri minn Wirt Malta.mt Dr. George Vella għada 4 ta’ April 2020 jgħalaq sena minn meta nħatar l-10 President tar-Repubblika Maltija. Dan wara riżoluzzjoni parlamentari li għaddiet fis-7 ta’ Marzu 2019 mill-kamra tar-Rappreżentanti. Dr. George Vella twieled fl-24 ta’ April tal-1942 u l-professjoni tiegħu kienet dik ta’ tabib. Fl-2018, kien meqjus bħala wieħed minn tmien…

Għaraftuh? Kieku Għadu Magħna Għalaq 73 Sena

Ċelebrità Maltija li jibqa’ maħbub!   Kieku llum għadu magħna, il-kantant popolari Tony Camilleri magħruf bħala l-Bayzo kien jgħalaq 73 sena. Il-Bayzo miet fl-1 ta’ Frar tal-2018 għall-ħabta tal-22:10 fl-età ta’ 71 sena. Jibqa’ magħruf għall-vuċi unika tiegħu u għall-kanzunetta ferm maħbuba Qalu Li Raw. Kanzunetta li tkantat minn diversi kantanti saħansitra anke fi dwetti…

Ara X’Għamlu Tal-Banda Peace Fin-Naxxar Illum

Ideat li jżommu l-ispirtu u jimlew il-qlub bit-tama!   F’mumenti bħal dawn, qed naraw ħafna li qed joħorġu b’ideat kreattivi biex jippruvaw iżommu l-ispirtu għoli kemm jista’ jkun. Is-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar kellhom idea. Hekk kif illum infakkru d-Duluri ta’ Marija Santissima, ħasbu li jarmaw l-istatwa ta’ Marija Addolorata fit-tieqa tal-faċċata tas-sedè tagħhom biex tkun…

Ktieb Ġdid Dwar Il-Vari Tal-Bidu F’Malta

Wara l-ewwel ktieb PASSJONI – Merging Art and Faith, issa ħareġ ktieb ieħor dwar il-vari tal-bidu filpurċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira li juru episodji mill- Passjoni li ġraw fiċ-Ċenaklu u fil-Ġnien taż-Żebbuġ. Ħlief għal Ħal Qormi f’Malta u ż-Żebbuġ f’Għawdex, li t-tnejn jibdew bl-Aħħar Ċena ta’ Ġesù mal-Appostli, il-purċissjonijiet l-oħrajn kollha jibdew b’Ġesù jitlob fil-Ġetsemani. Din il-vara, popolarment…

Illum Jum Id-Duluri

F’komunikat mill-Kurja intqal hekk: Illum, 3 ta’ April 2020, Jum id-Duluri, fuq talba tal-Arċisqof il-quddies ser jixxandar mill-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x-xbihat devoti tal-Kurċifiss mirakoluż u tad-Duluri li s-soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat-toroq tal-Belt. Il-Quddiesa tal-5:30pm, li se tkun segwita mit-talba tar-Rużarju, se titmexxa mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna,. L-Insara huma mistiedna jingħaqdu…