Featured posts

Meta L-Professur Guido de Marco Kien Elett Bħala L-President Ta’ Malta

Kien bħal-lum id-29 ta’ Marzu tal-1999, meta l-Kamra tad-Deputati eleġġiet lill-Professur Guido de marco bħala President ta’ Malta bi 33 vot favur u 29 vot kontra. L-Opożizzjoni fl-istess seduta kienet innominat lill-Professur Edwin Grech iżda l-mozzjoni m’għaddietx bi 28 vot favur u 32 vot kontra. Fil-bidu tas-seduta, il-Kamra b’vot unanimu approvat mozzjoni imressqa mill-Gvern u…

Kienet Mietet Tfajla … Majmuna

Kien bħal-lum 21 ta’ Marzu tal-1174, meta mietet f’Għawdex it-tfajla Għarbija Majmuna, bint Ħassan is-Susi, iben Ali il-Hadli minn Gabes ta’ Sousa. Dan jidher minn ġebla tal-qabar li kienet instabet madwar 300 sena ilu bejn ix-Xewkija u s-Sannat f’Għawdex. Din il-ġebla tinsab fil-Mużew ta’ Għawdex. Interessanti l-fatt, li din il-ġebla xehedet informazzjoni mill-iżjed importanti fuq…

Iċ-Ċkejken Beppe Jippubblika T-Tieni Ktieb Tiegħu Biex Joħloq Kuxjenza Dwar L-Awtiżmu

Wara li s-sena l-oħra ippublika l-ewwel ktieb tiegħu –  “Il-Mawra tieghi fl-Ispazju”,  iċ-ċkejken Beppe,  li llum għandu 10 snin, għadu kif ippublika t-tieni ktieb tiegħu “Il-Ħbieb ta’ Ġużi”. Għalkemm għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu, b’diffikulta’ li jitkellem, Beppe ma jaqtax qalbu u xorta waħda jrid ikompli jsemma leħnu billi jikteb. Huwa tifel intelliġenti immens u l-kitba qed…

Imħabbra D-Dati L-Ġodda Ta’ Mużika Mużika 2022

Is-sena li għaddiet Mużika Mużika rritorna wara bosta snin ta’ nuqqas fix-xena mużikali lokali, fejn ħalla l-marka tiegħu fil-kalendarju tat-telespettaturi u l-artisti li għandhom għal qalbhom il-mużika Maltija. Bħalissa l-preparamenti loġistiċi għaddejjin ġmielhom, b’xogħol kontinwu mit-tekniċi biex jinbena l-palk il-ġdid ta’ din is-sena, jiġu koordinati l-provi tal-artisti, kif ukoll diversi preparamenti oħrajn. Festivals Malta ħabbar…

Bħal-Lum Twieldet Agatha Barbara

Fil-11 ta’ Marzu tal-1923, f’Ħaż-Żabbar twieldet Agatha Barbara li ħadmet mal-Air Precautions fit-Tieni Gwerra Dinjija u mbagħad bħala għalliema. Fl-1946 daħlet attivament fil-politika u fl-elezzjoni tal-1947 saret l-ewwel mara eletta fil-Parlament Malti f’isem il-Malta Labour Party. Hija baqgħet tkun eletta sas-16 ta’ Frar 1982 meta kienet eletta bħala President ta’ Malta. Fl-1955 ngħatat għall-ewwel darba…

Ilbieraħ Kien L-Aktar Jum Kiesaħ Ta’ Marzu 2022

Ilbieraħ, 9 ta’ Marzu 2022 kien l-aktar jum kiesaħ għal Marzu tas-Sena 2022 meta l-massima laħqet biss it-12°C għall-ħabta tas-1.20p.m. Dan ifisser li t-temperatura massima tal-bieraħ kienet madwar 5°C anqas mill-medja għal dan iż-żmien tas-sena, grazzi għall-kurrenti kesħin li ġejjin minn fuq ir-Russja. L-aktar jum kiesaħ li qatt tkejjel f’Marzu kien fis-16 ta’ Marzu 2003,…

Il-Membri Eletti Kienu Vvutaw Kontra Riżoluzzjoni Ta’ Ġid Għall-Belt Valletta

Fl-10 ta’ Marzu tal-1879, fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Gvern, il-Gvern ressaq riżoluzzjoni biex jikseb il-flus meħtieġa biex jieħdu d-drenaġġ sal-Belt Valletta. Iżda, il-Membri Eletti kienu vvutaw kontra. L-Ordinanza dwar l-estensjoni tad-drenaġġ reġgħet kienet ippreżentata f’Ġunju permezz ta’ mozzjoni ta’ urġenza. Il-Membri Eletti ppreżentaw mozzjoni lill-President tal-Kunsill fejn għarrfuh li la darba l-iskema tad-drenaġġ kienet mgħoddija kontra l-opinjoni…

Ara Kif Ġejja L-Pjazza Ta’ Buġibba – Ser Jgħola L-Livell Turistiku F’San Pawl Il-Baħar

Il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo, ħabba fuq il-midja soċjali tiegħu li lbieraħ filgħodu, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett tar-riġenerazzjoni ta’ Buġibba. Dan ma jinkludix biss il-pjazza imma l-madwar kollu. Dan ifisser ukoll li ser jgħola l-livell fil-kwalità tal-ħajja kemm għar-residenti u anke għat-turisti li jżuruna f’pajjiżna. “Garanzija għall-futur ta’ iżjed proġetti f’San Pawl il-Baħar”,…

Il-Prinċipessa Kienet Malta Meta Waqgħet Minn Fuq Żiemel

Il-Prinċipessa Louise; Dukessa ta’ Argyll kienet tinsab Malta meta fit-8 ta’ Marzu tal-1888, waqgħet minn fuq iż-żiemel tagħha waqt li kienet qed iddur mal-korsa tal-Marsa. Il-ġurnali li kienu joħorġu bl-Ingliż f’pajjiżna stess, kienu rrimarkaw li kienet iffortunata l-Prinċipessa li ma ġralha xejn. Din il-prinċipessa kienet is-sitt wild; ir-raba tifla tar-Reġina Vittorja u l-Prinċep Albert. Twieldet…