Featured posts

Restawr Ta’ Knejjes U Opri Artistiċi Mill-Arċidjoċesi Maltija

Fi stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta tħabbar li din se tidħol għal xogħol ta’ restawr u konservazzjoni ta’ għaxar proġetti addizzjonali mas-17-il proġett li diġà tħabbru s-sena li għaddiet, b’investiment totali ta’ madwar €4 miljun b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti jinkludu r-restawr strutturali tal-knejjes kif ukoll il-konservazzjoni ta’ diversi opri tal-arti, fosthom…

Sparaw Irjus Tal-Ottomani Lejn In-Naħa L-Oħra Tal-Port

Hekk hi l-kelma li tgħid meta tirreferi għal din il-ġrajja storika. Malli l-Forti Sant’Iermu spiċċa ntilef fit-23 ta’ Ġunju tal-1565 u waqa’ f’idejn it-Torok, l-Ottomani qabdu u qatlu lil dawk li kien baqa’ ħajjin; sammruhom mat-tavli u fallakki tal-injam u bagħtuhom lejn in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir. Dan għamluh biex jiddimoralizzaw lill-Maltin u lill-Ordni. Imma l-Maltin…

Għaliex Hemm Is-Slaleb Mal-Ġnub Tal-Knisja Ta’ San Gejtanu Tal-Ħamrun?

Innutajna post ħelwa fil-paġna Providenza b’kollaborazzjoni ma’ Gianluca Grech li tqanqal interess f’ħafna. F’din il-paġna ntqal li dawk is-slaleb minquxa mill-ġebla mal-ħajt fuq in-naħa tax-xellug tal-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun kienu saru għal skop importanti. Din il-knisja nbniet f’nofs is-sekla 19. Dahar ma’ dahar ma’ dawn is-slaleb, kien hemm l-artali mqaddsa. Dawn is-slaleb jindikaw…

Bil-Filmat: Il-Maltin Kienu Jġibu S-Silġ U L-Prostituti Minn Sqallija…

Il-Malti jħobb jiekol…spiss nisimgħuha! Imma qatt kont taf kif ġie impurtat ċertu ikel, il-metodi tat-tisjir, riċetti antiki, ingredjenti u aktar?! Episodji interessanti mmens bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-istoriku Liam Gauci bl-isem ta’ Taste History. F’dan l-episodju li se ssibu ma’ dan l-artiklu, taraw kif is-silġ kien impurtat f’pajjiżna, sekli ilu, fejn anke kienu jagħmlu ‘sorbet’…

Bil-Filmat: Tal-Karmnu Farm – Jipproduċu Ġbejniet U Ħlewwiet Maltin

Iltqajna ma’ Joseph Agius li qalbu qiegħda fix-xogħol professjonali li jagħmel fir-razzett li jaħdem fih li għandu ħafna snin, tant li kien tal-bużnanniet tiegħu. Illum huwa razzett tan-nagħaġ; bil-proċess mill-bidu sal-aħħar fejn jipproduċu bosta prodotti bnini u mfittxija. Jipproduċu l-ġbejna tradizzjonali Maltija; tal-bżar u l-bojod, ħlewwiet bħal kannoli u ġelat u anke pastizzi u qassatat. ‘Tal-Karmnu Farm’ huwa kunċett ġdid promoss mill-Ewropa bħala…

Bil-Filmat: Esploraw Il-Mużewijiet Li Għandna F’Pajjiżna Taħt Il-Baħar!

Għalina Heritage Malta ħaqqhom kull tifħir. Dejjem għaddejjin bil-ħidma tagħhom kemm f’dik li hija kura tal-wirt li għandna, kif ukoll f’dik li hija ħolqien ta’ metodi ġodda kif il-pubbliku jista’ jitgħallem aktar u jiskopri pajjiżna x’joffri. B’tim eċċezzjonali ta’ bugħaddasa lokali u internazzjonali, kif ukoll b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, ittieħdu filmati u ritratti ta’ dak…

Jiftaħ Mill-Ġdid L-Ajruport Internazzjonali Ta’ Malta Wara 3 Xhur…

Illum huwa jum li tista’ ssejjaħlu storiku għal pajjiżna fejn reġa’ fetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex jilqa’ l-ewwel turisti li se jżuruna. Dan wara 3 xhur magħluq minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet id-dinja kollha. Żgur li kien żmien diffiċli u li mhux se ninsewh qatt. Pajjiżna ħadem b’għaqal kbir biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19 fostna…

Qdumijiet Interessanti Fin-Naxxar… Qatt Kontu Tafu Bihom?

Qatt kontu tafu kemm insibu qdumijiet fin-Naxxar? Fuq il-paġna tal-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari ttellgħet informazzjoni interessanti li ħsibna li huwa tajjeb naqsmuha magħkom il-qarrejja tagħna. Qdumijiet hija kelma li tirreferi għall-wirt, fdalijiet, evidenzi passati antiki ħafna. Fil-fatt, għal dawk li huma qdumijiet preistoriċi fin-Naxxar inisbu bil-bosta. Hemm it-tempju Neolitiku tal-Qadi fin-naħa ta’ Burmarrad fejn instabet il-ġebla…

Bil-Mużika: Fjakkoli, Imsiebaħ Taż-Żejt, Daqq Folkloristiku U Ikel Malti… Viva L-Imnarja

Illum 29 ta’ Ġunju huwa Jum l-Imnarja; kelma Latina li ġejja minn illuminaria li tfisser mixegħla. Dan hekk kif fl-imgħoddi fil-lejl ta’ 28 għat-29 ta’ Ġunju kienu jinxtegħlu ammonti kbar ta’ fjakkoli, imsiebaħ taż-żejt u ħġejjeġ. Dan kollu kien iqajjem atmosfera mill-isbaħ. Ma ninsewx li dan kien ta’ gost kbir fiż-żmien li kienet bdiet din…

Prova Jgħum Ukoll Bejn Sqallija U Malta Iżda…

Hekk kif is-suċċess li kiseb Neil Agius li għam minn Ragusa fi Sqallija lejn Malta fi ftit aktar minn 28 siegħa, għadu jidwi, ħsibna wkoll f’għawwiem ieħor leġġendarju Malti; Turu Rizzo. Tant kien famuż li saret ukoll ċajta li meta t-tfal kienu jibdew jitgħallmu jgħumu, il-ġenituri kienu jgħidulhom ‘ejja diġà qisek Turu Rizzo! Turu Rizzo…