Featured posts

Għandek X’Tirrakonta Jew Xi Ritratti Antiki? Kellimna…

Minn meta bdejna dan is-sit, mill-ewwel ħsiebna kien li ninteressaw lill-pubbliku kollu. U min ma jinteressahx minn pajjiżu? Ilkoll inħobbu lil Malta u Għawdex tagħna, li bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu, pajjiżna sawwarna u tana identità. Ridna li dan is-sit ikun interattiv magħkom il-qarrejja u anke tkunu intom stess li tikkontribwixxu fih. Għalhekk qed inħeġġukom li…

“Ikun Redikolu Li Nneħħu Monumenti Tal-Era Kolonjali” – Il-Ministru Josè Herrera

Il-Ministru tal-Kultura Josè Herrera qal li jekk jitneħħew monumenti tal-era kolonjali, dan ikun att redikolu. Tenna li bl-istess kejl għandna nneħħu wkoll l-istatwa ta’ La Vallette fejn Malta kienet taħt it-tmexxija tal-Ordni ta’ San Ġwann. “Ikun redikolu li jitneħħew monumenti li jappartjenu għall-perjodu imperjali. L-istorja ma tistax tibdilha u trid tittieħed fil-kuntest tal-era partikolari”, tenna…

Bil-Filmat: “Ejja Ngħinu Lil Xulxin Biex Inkunu Kuntenti” – L-Isqof Elett T’Għawdex

Fl-ewwel messaġġ tiegħu b’mod virtwali, l-Isqof Elett tal-gżira Għawdxija wassal messaġġ ta’ tama u pożittività fejn appella biex ngħinu lil xulxin inkunu kuntenti. “B’hekk inkunu sinjuri…” tenna l-Isqof, il-Monsinjur Anton Teuma. L-għan tiegħu huwa li nimxu flimkien, mhux wieħed quddiem u wieħed wara iżda flimkien lejn l-hena, lejn il-persuna ta’ Ġesù. Hekk qal l-Isqof Teuma…

It-Tarxieniżi Żgur Li Jgħożżuha Din In-Niċċa…

Żgur li rajtuha din in-niċċa xi darba jew oħra intom u għaddejjin mit-triq tal-Barrani. Tinsab fil-ġenb wara ċint. Tkellimna mal-istoriku Tarxieniż Joseph Farrugia li qalilna li n-niċċa hija antika u li aktarx flokha kien hemm il-Knisja l-oriġinali tal-Lunzjata u mbagħad ħattewha bejn l-1610 u l-1627. Tajjeb insemmu li Ħal Tarxien kienet diġà parroċċa fl-1592. Meta…

Qatt Rajthom L-Ewwel Raġġi Tax-Xemx Li Jimmarkaw Il-Bidu Tas-Sajf?

Jissejjaħ Is-Solstizju tas-Sajf. Huwa fenomenu pre-istoriku. Mat-tlugħ ix-xemx fl-ewwel jum tas-Sajf, jiġifieri fil-21 ta’ Ġunju, l-ewwel raġġi li jitilgħu jimmarkaw raġġi f’linja perfetta lluminata mix-xemx fuq il-ħaġar megalitiku. Għalkemm mhux magħruf dan sarx b’mod intenzjonat, aktarx li huwa hekk, tant kemm hemm preċiżjoni f’dak li jiġri. Donnu arloġġ li jimmarka l-bidla tal-istaġuni. Fenomenu li jiġri…

Bil-Filmat: Issa La Ġejna Għan-Normal Għandhom Isiru L-Festi?!

Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li Malta m’għadiex tinsab f’emerġenza ta’ saħħa pubblika. Dan filwaqt li saħaq dwar il-ħtieġa li wieħed ma jibqax jiġi mbeżża’ meta r-rata ta’ każijiet jidher li s’issa qiegħda f’sitwazzjoni stabbli. U f’bosta lokalitajiet issa qorbot il-festa. Hemm min qed jgħid li għandhom jinbidlu r-restrizzjonijiet fuq il-festi u jsiru. Hemm…

Għaliex Il-Malti Jgerger?

Aħna poplu ferrieħi, ċelebrattiv, ċajtier, altruwist… u l-aġġettivi sbieħ ma jieqfux. Imma aħna wkoll poplu żbukkat, xi ftit polemikuż u li ngergru wkoll. Hija normali għaliex wara kollox, għalhekk fil-bniedem hemm dawk il-burdati biex ikunu espressi fil-ħajja tagħna. Iżda għaliex fuq mument ta’ ferħ ġieli rridu nikkritikaw? Għaliex ngħiru meta xi ħadd jagħmel xi ħaġa…

Il-Casino Notabile Mdina – Il-Binja Li Tpaxxi L-Għajn

Inzertajtuha żgur din il-binja xi darba jew oħra u spiss in-nies isaqsu x’kienet?! Fl-1886 grupp ta’ nobbli mill-Imdina kkummissjunaw lill-arkitett Ingliż Webster Paulson biex jiddisinjaw ‘club house’ li kellha tinbena fuq is-Saqajja. Jingħad li dan għamluh minħabba li qabel kienu jiltaqgħu għand il-familja De Piro iżda mbagħad kien hemm xi diżgwit u l-Ingliżi riedu post…

Bil-Filmat: L-Ewwel Attakki Fuq Malta Mill-Italja Wara Li Mussolini Ddikjara Li Daħlu Fil-Gwerra

Kien propju bħal-lum 11 ta’ Ġunju tal-1940; eżatt 80 sena ilu meta Malta sfat attakkata għall-ewwel darba mill-ajru mill-qawwa Taljana f’dik li kienet faqqgħet bħala t-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-Filmat id-dittatur Taljan Benito Mussolini jidher jiddikjara li l-Italja daħlet fil-gwerra quddiem folol kbar ta’ nies li bdew jifirħu mal-kliem imqanqal li beda jgħid biex jgħolli l-moral…

Bħal-Lum 3 Xhur Niċċelebraw Jum Il-Vitorja… L-Ewwel Sajf Malti Bla Festi!

Illum it-8 ta’ Ġunju 2020 jimmarka bidu ta’ ġimgħa ġdida għal pajjiżna fejn 3 ijiem ilu rajna t-tneħħija tal-miżuri li kienu mposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 għal 3 xhur sħaħ. Nistgħu ngħidu li pajjiżna mexa tajjeb waqt din l-imxija li affettwat lil kulħadd. Iżda rridu ngħidu wkoll li din in-normalità li qed ngħixu hija differenti u…